Reference: Volume 38B (1954), Part No. 1, Section 3, Page 399

Judgement Details


Date
27/11/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
FILIPPO BALZAN vs CARMELO SULTANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"JUS SUPERVENIENS" - "SKYLIGHT" - LOKAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TISWIJIET FIL-FOND MIKRI
Summary
Jekk il-lokatur jigi azzjonat biex isewwi "skylight" li hemm fil-fond mikri, u jeccepixxi li huwa mhux obligat jaghmel dik it-tiswija ghax li skylight huwa kontra s-Sanita', u fil-kors tal-kawza jigikundannat biex inehhi dak li skylight b'sentenza tal-Qorti Kriminali fuq istanza ta' l-Awtorita' Sanitarja, l-eccezzjoni tieghu ghandha tigi milqugha mhux ghax inholoq xi "jus superveniens" bis-sentenza kundannatorja, imma ghax l-istat illegali ta' li skylight kien ga' jezisti meta nghatat l-eccezzjoni tieghu. Ghax ladarba dak l-istat illegali kien jezisti "ad invitio", is-sentenza kundannatorjasussegwenti ma holqot ebda "jus superveniens". U lanqas ghandu tort dak il-lokatur jekk kien huwa stess li bbriga biex jigi mharrek f'sedi kriminali biex inehhi dak li skylight; ghaliex kien interesstieghu u dritt tieghu li jgib fis-sede civili prova konvincenti li l-eccezzjoni tieghu, fis-sens illi li skylight huwa kontra l-ligi, hi sostenibili. Ghaldaqstant dak il-lokatur ma ghandux jigi akkollat bl-ispejjez tal-gudizzju, malgrado li l-eccezzjoni tieghu tigi akkolta; u dan avvolja huwa jkunta eccezzjonijiet ohra li ma jirrizultawx sostnuti; ghax l-eccezzjoni ta' l-illegalita' ta' li skylight tipperimi l-azzjoni ta' l-inkwilin, u ghalhekk ma hemmx lok li jigu decizi dawk l-eccezzjonijiet l-ohra. Salvo li l-Qorti takkorda temperament fil-kap ta' l-ispejjez jekk jikkonkorru xi cirkustanzi li setghu nducew lill-inkwilin jaghmel il-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info