Reference: Volume 38B (1954), Part No. 1, Section , Page 300

Judgement Details


Date
14/05/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTONIO BORG NE. ET. vs GUIDO ABELA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI - DANNI - INTERESS
Summary
Biex wiehed ikun jista' jipproponi domanda f'gudizzju, jew jikkontradicha, hu mehtieg li jkollu interess guridiku, cjoe' utilita' finali fid-domanda gudizzjarja fuq it-tema ta' l-affermata ezistenza uvjolazzjoni tad-dritt, jekk dik l-utilita' tigi riferita ghas-suggett konvenut. Liema utilita' finali ta' l-azzjoni tirrisjedi appuntu fil-propozitu li jitnehha l-istat ta' vjolazzjoni tad-dritt - almenu opinata u affermata mill-attur. Dan l-istat ta' vjolazzjoni tad-dritt huwa fattur essenzjalita' l-interess li wiehed ikollu li jagixxi, u ghalhekk hu logiku illi l-interess, biex ikun legittimu, ghandu jkun attwali, u mhux bizzejjed li jkun favur u incert. Irid ikun attwali u konkret, dipendenti minn fatt avvenut leziv ta' dritt. U ma ghandux jigi konfuz il-koncett ta' l-eventwalita' tad-dritt ma' l-eventwalita' ta' l-interess. Imma kulhadd ghandu l-jedd ghall-konservazzjoni ta' dritt, anki jekk dak id-dritt ikun kondizzjonali jew eventwali; u l-interess jista' jkun attwali, anki jekk id-dritt huwa eventwali u dipendenti minn event iehor. Fil-kaz prezenti l-attur nomine kien ghamel kawza kontra terza persuna biex jigi kanonizzat kreditur ta' dik il-persuna f'somme rileranti, ukien ikkawtela dik il-pretensjoni per mezz ta' mandat ta' impediment ta' safar attenut kontra l-pretiz debitur. B'dan kollu, dak id-debitur siefer, u l-attur ippretenda li b'dak is-safer huwa sofra dannu konsistenti fit-telfa tal-possibilita' li jithallas tal-kreditu tieghu minn ghand dik il-persuna, u ppretenda wkoll illi dak id-dannu ikkagunahulu l-konvenut. Il-Qorti ta' l-Ewwel Istanza ddikjarat li l-attur ma kellux interess attwali li jaghmel il-kawza prezenti kontra l-konvenut, biex dan jigi dikjarat responsabili tad-danni lejn l-attur, sakemm l-attur ma jkunx gie dikjarat kreditur ta'dik il-persuna; imma l-Qorti ta' l-Appell zammet, ghall-kuntrarju, li l-attur kellu dan l-interess attwali, u rrevokat is-sentenza ta' l-Ewwel Qorti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info