Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 527

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ALFRED TONNA ET. vs CARMELA BUGEJA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 37 (3) U 262 (2) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI, U ART. 5 (H) TAL-KODICI TAL-KUMMERC - ATT TAL-KUMMERC - ENFITEWSI - IMPRIZA EDILIZJA - ISEM TAN-NUTAR - KOMPETENZA - MANDAT TA' SEKWESTRU - NULLITA'
Fil-Qosor
Mandat ta' sekwestru attenut in kawtela ta' somma pretiza dovuta in konnessjoni ma' koncessjoni enfitewtika mhux revokabili billi l-isem tan-nutar li ppubblika l-att enfitewtika mhux revokabili billil-isem tan-nutar li ppubblika l-att enfitewtiku jinsab indikat hazin fil-mandat, jekk mal-mandat tkun giet ezibita kopja awtentika ta' l-att enfitewtiku bl-isem ezatt tan-nutar li ppublika l-att. Imma jekk il-mandat ikun inhareg minn Qorti inkompetenti biex tiehu konjizzjoni tal-meritu tal-kawza, dak il-mandat ikun null; ghax kull titolu huwa ezegwibili mill-Qorti li hija kompetenti biex tiehu konjizzjoni ta' l-oggett tat-titolu. Jista' jkun veru li koncessjoni enfitewtika ta' bicca art mhix per se' att kummercjali; izda mhux meta dik il-koncessjoni tikkostitwixxi l-esplikazzjoni ta' l-attivita' principali li tifforma l-oggett ta' socjeta' kummercjali, bhal ma hija impriza edilizja, li hija att obbjettiv tal-kummerc. Fil-kaz prezenti, l-atturi kellhom socjeta' kummercjali bejniethom likellha bhala oggett taghha mpriza edilizja, u kienu hadu in enfitewsi bicca art biex jisfruttawha ujizviluppawha ghall-profitt. Il-konvenuta otteniet kontra taghhom mandat ta' sekwestru in kawtela ta' somma li kienet tippretendi li kellha tiehu minn ghandhom ghac-cens ta' dik l-art. u pprezentat dak is-sekwestru fil-Prim' Awla tal-Qorti Civili, u fil-mandat indikat hazin l-isem tan-nutar li kienippubblika l-att enfitewtiku. L-atturi talbu li dak il-mandat jigi revokat ghax l-isem tan-nutar kien indikat hazin fil-mandat u ghaliex il-mandat gie ottenut minn Qorti Civili meta kien imissu gieottenut mill-Qorti tal-Kummerc; u l-Qorti cahdet l-ewwel motiv allegat ghan-nullita' tal-mandat, imma ddikjarat null l-istess mandat ghax ottenut minn Qorti li ma kienetx kompetenti tiehu konjizzjonital-meritu tal-kawza; u dan b'applikazzjoni tal-principji hawn fuq esposti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni