Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1022

Judgement Details


Date
19/05/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
SALVINO ELLUL BONNICI vs WISQ NOBBLI MARKIZ PAOLO APAP BOLOGNA ET. NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CONSERVATORIO VINCENZO BUGEJA" - "ISTITUTO TECNICO VINCENZO BUGEJA" - ART. 885 TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI - INTERESS - PETIZZJONI TA' LEGAT - PRESKRIZZJONI - PUSSESS
Summary
Fil-fondazzjoni li l-Markiz Vincenzo Bugeja ghamel biex iwaqqaf l-"Istituto Tecnico Vincenzo Bugeja"u l-"Conservatorio Vincenzo Bugeja", il-fondatur assoggetta dik il-fondazzjoni ghall-kondizzjoni illi, jekk xi hadd jittrasferixxi dak l-istitut band'ohra, jew skejjel, anki jekk dan ikun irid isir ghal skopijiet u finijiet ta' utilita' ugwali jew akbar, il-konsangwinei tieghu sal-ghaxar grad, u kull cittadin, jistghu jagixxu gudizzjarjament u jipprovokaw id-dekadenza tal-Konservatorju u tal-Istitut minn kwalunkwe beneficcju u mill-laxxati lilhom imhollija jew li jidderivawhom mill-fondazzjoni;f'liema kaz, wiehed ghandu jipprocedi ghall-bejgh tal-bini , tar-renti u tal-mobbli li jispettaw lill-Konservatorju, u r-rikavat nett tal-bejgh imur, nofsu favur il-konsangwinei sal-ghaxar grad, u nofsu favur il-fqar. Min jagixxi ghandu jkollu nteress li jagixxi, ghax l-interess huwa l-mizura tal-azzjoni. Ghaldaqstant, min jaghmel kawza preambula ghal kawza ohra, biex jitlob mill-Qorti dikjarazzjoni tad-dekadenza fuq imsemmija biex isservieh ghal kawza ohra li jaghmel il-quddiem bhala konsegwennza ta' dik id-dekadenza, ghandu interess jagixxi in kwantu ghandu nteress jaghmel il-kawza l-ohra;kwindi l-azzjoni tieghu ghal dik id-dikjarazzjoni hija suggetta ghall-istess preskrizzjoni li ghaliha tkun suggetta l-azzjoni tieghu fil-kawza l-ohra; u halhekk il-preskrizzjoni hija sollevabbli kontra l-azzjoni tieghu anki fil-kawza fejn jitlob id-dikjarazzjni tad-dekadenza, u ma jistghax jallegali din il-preskrizzjoni mhix sollevabbli f'din il-kawza, imma tkun sollevabbli, se maj, fil-kawza ta' wara. Kontra d-domanda ghal din id-dikjarazzjoni ta' dekadenza, pero' mhix applikabbli l-preskrizzjoni ta' ghaxar snin preskritta ghall-azzjoni ta' petizzjoni ta' legat; haliex l-attur ma huwiex qieghed jitlob ebda legat, u d-dritt li jipprovoka din id-dikjarazzjoni mhux moghti lill-interessati bhala legatarji, tant li jinsab moghti lil kull cittadin; u l-flus li jistghu jidderivaw lill-atturin segwitu ghad-dekadenza minnu mitluba mhumiex flus derivanti minn legat. Barra minn dan, anki fl-ipotesi li l-attur ikun qieghed jitlob legat, hu jitlef bil-preskrizzjoni d-dritt li jitlob il-legat fil-kaz li hadd iehor ikun akkwista dak il-legat b'pussess ghaz-zmien stabbilit mill-ligi; ghax din il-preskrizzjoni mhix estintiva, imma akkwizitiva, u bhala tali, mhux bizzejjed li l-legatarju jkun inerti ghaz-zmien rikjest mill-ligi biex jintilef id-dritt ghall-legat, imma hemm bzonn li l-uzurpatur ikun ippossjeda l-haga abbandunata mill-proprjetarju, u li jkun ippossjeda l-haga abbandunata mill-proprjetarju, u li jkun ippossjediha "animo domini", liema pussess irid ikun kontinwu, mhux interrott, pacifiku, publiku, u mhux ekwivoku ghaz-zmien kollu li tghid il-ligi kif ukoll "animo domini". Il-prova ta' dan il-pussess trid issir minn min jallega l-preskrizzjoni; u trid issir b'mod infrangibbli, tant ghar-rigward tal-fatt tal-pussess fih in-nifsu, kemm ukoll tal-kwalitajiet jew karattri li jrid ikollu l-pussess; b'mod li, jekk din il-prova ma ssirx minn min jallega l-preskrizzjoni, din l-eccezzjoni ma tirnexxix.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info