Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1180

Judgement Details


Date
04/12/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
LUIGI SCICLUNA vs AVV. DR. ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1630 U 1632 TAL-KAP. 23 - ART. 380(3) TAL-KAP. 15 - AVVIZ LILL-LOKATUR - AZZJONI "DE IN REM VERSO" - LOKAZZJONI - RAPPORT TAL-PERIT - RIPARAZZJONIJIET FIL-FOND LOKATIZJU - SEKWESTRU
Summary
Il-ligi taghti lill-konduttur id-dritt li jaghmel ir-riparazzjonijiet mehtiega fil-fond lokatizju bispejjez tal-lokatur, meta dawn l-ispejjez imissu jaghmilhom hu, u anki li jzomm il-kera biex jithallas tal-ispejjez li jaghmel; pero' taht certi kondizzjonijiet, u f'dan tiddistingwi l-kaz fejn il-mankanza jew dewmien fl-ezekuzzjni tax-xoghol da parti tal-lokatur ma jkunux jimpurtaw lill-kondutturdannu gravi, u l-kaz fejn dan in-nuqqas jew dewmien jistghu jkunu ta' dannu gravi lill-inkwilin. Fit-tieni wiehed minn dawn iz-zewg kazijiet, l-inkwilin jista' jaghmel dawn ix-xogholijiet, anki minghajr il-permess tal-lokatur, purke' huwa javza lill-lokatur mill-aktar fis, u jikkomunikolu rapport ta' perit dwar l-urgenza tax-xogholijiet li jkun ghamel u fuq id-dannu li d-dewmien tal-istess riparazzjonijiet ikun jista' jnissel lilu; u fl-istess hin il-ligi taghti lill-lokatur id-dritt li jassumil-kontinwazzjoni tar-riparazzjonijiet li jkunu nbdew. Tant l-avviz lil sid il-kera kemm ir-rapporttal-perit, iridu t-tnejn ikunu maghmula u komunikati lill-lokatur mill-aktar fis; u mhux wara li jsir ix-xoghol, imma fil-kors tieghul ghax inkella l-lokatur ma jkollux l-opportunita' li jkomplieh huwa stess kif taghtieh is-setgha l-istess ligi, wara li jkun ircieva l-avviz u l-komunika tar-rapporttal-perit. Il-ligi timponi din il-procedura specjali biex il-konduttur jirradika d-dritt ghar-rimborz ta' dawn l-ispejjez; u jekk il-konduttur ma josservax dik il-procedura specjali, huwa jitlef id-dritt tar-rimborx ghax ikun naqas li josserva l-ligi. U lanqas jista' jinvoka dak ir-rimborz bis-sahha tal-principju ekwitattiv li huwa l-bazi tal-azzjoni "de in rem verso". Is-sekwestratarju jista'jghaddi ghad-depozitu ta' dak li jkollu f'idejh ta' pertinenza tas-sekwstrat; molto piu jekk jircievi intima mis-sekwestrant biex jaghmel dak id-depozitu; u dak id-depozitu jiswa bhal pagaement. Is-sekwestrat, ukoll ma jistghax idur fuq is-sekwestratarju ghax id-depoziti minnu maghmula ppregudikawh; ghax is-sekwestratarju ma jistghax jarbitra jekk is-sekwestru kienx validu jew le; u jekk dan kien invalidu, is-sekwestrat jista' se maj iffittex lis-sekwestrant, u mhux lis-sekwestratarju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info