Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1148

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/11/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
LAWRENCE CACHIA ZAMMIT ET. vs CARMELO CHETCUTI, A. & C.E. (DEZERTA FL-APPELL FL-EWWEL TA' FRAR, 1958)
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2259(1) TAL-KODICI CIVILI - ART. 265 U 683(3) TAL-KODICI KRIMINALI - ART. 635 U 681 TAL-PROCEDURA CIVILI - AZZJONI - DANNI - INGURJA B'ITTRA - INTERESS - PERIZJA KALLIGRAFIKA - PRESKRIZZJONI - PROVI
Fil-Qosor
L-interess biex wiehed jagixxi jista' jkun pekunjarju u anki morali, purke' guridiku, jigifieri korrisponenti ghall-lezjoni ta' veru dritt; u ghalhekk ittra mibghuta lil persuna, li tilledi l-onorabilita' ta' persuna ohra, taghti lil din tal-ahhar id-dritt li titlob il-protezzjoni tal-ligi biex totjeni dikjarazzjoni mill-Qorti tal-falsita' tal-kontenut ta' dik l-ittra; u dan avvolja l-persuna offiza ma tkunx sofriet danni materjali. Barra minn dan, biex wiehed jista' jinghad li ghandu nteress legali jipproponi azzjoni, bizzejjed li l-kawza tkun tista' tipproducilu rizultament utili jew vantaggjus: u anki taht dan l-aspett, l-interess tal-persuna offiza li hekk tagixxi hu evidenti. Appartidan, jekk il-persuna offiza tinkorri fi spiza biex tottjeni perizja kalligrafika biex tiskopri l-awtur tal-ittra offensiva, dik l-ispiza tikkostitwixxi dannu; u taht dan l-aspett l-interess isir ankipekunjarju. L-allegazzjoni illi perizja kalligrafika mhix legalment prova ma hux attendibbli; ghaliex skond il-ligi l-perizja kalligrafika hija rikonoxxuta bhala prova vera u proprja, u ghalhekk isir applikabbli ghaliha l-kriterju generali tac-certezza morali fil-gudikament. Il-Qorti mhix obligata tirrikorri ghall-perizja kalligrafika, u tista', jekk jidhrilha, taghmel hija stess il-verifika tal-iskrittura; bil-konsegwenza illi, jekk dik il-perizja tigi adoperata, il-Qorti tista' dejjem issibfiha l-ghajnuna li l-progress tax-xjenza jista' jaghtiha, imma jibqa' dejjem id-dritt tal-Qorti litadotta jew tiskarta dik il-prova, bhal provi ohra, u tiddecidi skond il-konvinzjoni taghha. L-utilita', mbghad, tal-perizja kalligrafika tista' tirrizulta f'kaz ta' konflitt tal-provi orali; f'liemakaz, jekk ir-ragunamenti tal-perizja; bil-konsegwenza illi, bhala prova, sija pure kongetturali u ndizjarja, il-perizja kalligrafika ghandha l-valur taghha, u tista' tikkonforta l-gudikant fl-apprezzament tal-provi. Ghaldaqstant, il-perizja kalligrafika ma tistax tigi skartata "sic et simpliciter", ghad li l-gudikant ghandu jara jekk fil-kumpless tac-cirkustanzi tal-kaz il-perizja toffrix affidament sufficjenti biex tkun dikjarata responsabbli tal-iskrittura l-persuna li lilha tkun attribwita.Mhix fondata l-allegazzjoni li l-azzjoni tal-persuna offiza f'kaz simili tmur preskritta fi zmientliet xhur, ossija bil-preskrizzjoni tal-kontravvenzjonijiet; ghaliex din il-preskrizzjoni hija applikabbli fil-kaz ta' ingurji verbali (bil-fomm), mentri fil-kaz ta' ingurja b'ittra l-ingurja hija bil-miktub. U dan aktar u aktar jekk l-ingurja kontenuta fl-ittra hija gravi, u mhux semplicement vaga u ndeterminata. Il-preskrizzjoni applikabbli hija dik ta' sentejn.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni