Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 541

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/10/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GIOVANNI GAUCI vs PIO MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - AZZJONI PETITORJA - AZZJONI POSSESSORJA - ILMA - KJAMATA FIL-KAWZA - SERVITU' - SQAQ - TOQBA
Fil-Qosor
Azzjoni kontra l-konvenut biex dan jigi kundannat jaghlaq mill-gdid toqba li huwa fetah arbitrarjament f'hajt proprjeta' tal-attur fuq sqaq privat, biex l-ilma tax-xita minn dan l-isqaq jghaddi minn dik it-toqba ghal go ghalqa tal-attur, hija azzjoni petitorja, jekk dan jirrizulta mill-atteggjamenttal-attur fit-trattazzjoni tal-kawza u t-termini tac-citazzjoni jadattaw ruhhom ghal din l-azzjoni.Fid-dubju mbghad dwar in-natura possessorja jew petitorja tal-azzjoni, ghandha tipprevali din tal-ahhar. Min ghandu semplicement servitu' ta' passagg fuq sqaq, ma ghandu ebda dritt li jiftah toqba fil-hajt tal-ghalqa li tinsab quddiem id-dar tieghu, biex l-ilma tax-xita li jingabar fl-isqaq jinxtered minn quddiem biebu billi jghaddi wkoll minn dik it-toqba u jintafa' fl-ghalqa ta' quddiemu. Jekk l-art li fuqha hemm l-ghalqa tal-attur u dik li fuqha hemm id-dar tal-konvenut kienu ta' sid wiehed, u dan iddispona minnhom meta ma kienx ghad hemm bini fuqhom, ma jistghax jinghad li nholqot servitu' ta' skol tal-ilma fuq l-ghalqa tal-attur favur il-konvenut possessur tad-dar ta' quddiem dik l-ghalqa u li fil-hajt taghha dan fetah it-toqba, ma jistghax fil-kaz jinghad li kien hemm kreazzjoni ta' dik is-servitu' bil-fatt tal-bniedem, u lanqas bid-destinazzjoni ta' missier tal-familja, la darba t-trasferiment li sar tal-fondi ma jurix li nholqot dik is-servitu'. U lanqas huwa l-kaz li wiehed jinvoka servitu' mehtiega mill-ligi ghall-utilita' publika; ghax ghal din jehtieg li jkun hemm ghal hekk ligi jew regolament specjali, u mhux semplicement rapporti ta' privati bejniethom dwar artijiet vicini. Ghaldaqstant, il-ftuh tat-toqba fuq imsemmija jikkostitwixxi att arbitrarju, u sid l-ghalqa ghandu dritt jikkostringi lill-konvenut li jerga jaghlaqha u ihalli kollox kif kien qabel. L-azzjoni ta' sid l-ghalqa hija mmexxija sewwa meta hija diretta biss kontra l-konvenut bhala l-awtur tal-ftuh tat-toqba, u ma kienx hemm bzonn li jigi mharrek ukoll l-awtur tal-konvenut, li minn ghandu huwa akkwista l-fond minnu possedut, u li ma kellu x'jaqsam xejn mal-ftuh tat-toqba. Il-konvenut jista', jekk jidhirlu, jitlob huwa s-sejha ghal kawza ta' dak l-awtur tieghu, u allura l-Qorti tara jekkjkunx il-kaz li dik is-sejha fil-kawza ssir; imma jekk talba simili ma ssirx, u l-konvenut jappellamis-sentenza li tikkundannah jerga' jiftah it-toqba, hu ma jistghax jitlob dak il-provvediment fl-appell; ghax f'dan l-istadju dik is-sejha ma tistghax issir, anki jekk tkun deziderabbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni