Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 427

Judgement Details


Date
03/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ENRICHETTA GAUCI CHAPELLE vs JOHN DEBONO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ALTERNATIVE ACCOMODATION" - ART. 10 TAL-KAP. 109. - ART. 2 TAL-ORDINANZA XXVIII TAL-1947 - BOARD TAL-KERA - KJAMATA FIL-KAWZA - LOKAZZJONI - NULLITA' - SENTENZA - SULLOKAZZJONI - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU
Summary
Sentenza tal-Board tal-Kera mhix nulla billi l-Board ma jkunx ta' kaz tat-talba tal-intimat nkwilinbiex jigi msejjah fil-kawza s-subinkwilin ta' dak l-intimat ghax meta l-gudizzju huwa istitwit kontra l-inkwilin biss, dak il-gudizzju hu osservat tajjeb, billi fil-konfront tal-lokatur l-inkwilin biss huwa l-legittimu kontradditur tal-lokatur; u ghalhekk, jekk il-Board jidhirlu li ma ghandux jordnas-sejha fil-kawza tas-subinkwilin, jista' ma jaghtix dak il-provvediment. Lanqas ma hi nulla s-sentenza tal-Board billi, wara li kawza tigi konkjuza u differita ghas-sentenza, imut l-inkwilin, issirit-trasfuzjoni tal-gudizzju fil-persuna tal-eredi tieghu li huwa s-subinkwilin, u l-Board jiddecidil-kawza minghajr ma din tigi ulterjorment diskussa fil-prezenza tal-eredi li fil-persuna tieghu gietrasfuz fil-gudizzju. Kien ikun ahjar kieku r-rikors ghat-trasfuzjoni tal-gudizzju jigi notifikatlill-parti l-ohra u, jekk bhala rizultat ta' dan ikun fil-kaz, tinghata l-opportunita' liz-zewg partijiet li jittrattaw dan l-izvilupp gdid; izda meta t-talba fir-rikors kienet biex il-Board fis-sentenza tieghu jiehu in konsiderazzjoni r-rapport guridiku gdid li nholoq bil-mewt tal-inkwilin u l-kwistjoni kienet wahda purament legali, u fuq kollox il-Board effettivament fis-sentenza jkun ha in konsiderazzjoni dik il-kwistjoni skond it-talba kontenuta fir-rikors ghat-trasfuzjoni tal-gudizzju, ma jistghax jinghad li grat, bi pregudizzju ta' min talab it-trasfuzzjoni tal-gudizzju fil-persuna tieghu, vjolazzjoni tar-regola tal-gudizzju naturali li twassal ghan-nullita' ta' dik is-sentenza. L-effett tal-emenda ntrodotta fl-art. 10 tal-Kap. 109 bis-sahha tal-art. 2 tal-Ordinanza XXVIII tal-1947ma hux dak li s-subinkwilin jissubentra, fil-konfront tas-sid, fl-istess drittijiet li kellu l-inkwilin originarju, imma kien biss dak li s-sid ma jistghax, minhabba li l-kerrej ikun ghamel is-sullokazzjoni, jitlob li jiehu lura l-fond taht idejh. B'dik l-emenda ma tbiddel xejn fir-rapport bejn is-sid u l-inkwilin tieghu; ir-rapport originali jibqa' jsehh u jkun ghadu fl-ezistenza tieghu; biss l-inkwilin, billi jkun issulloka, ma jaqghax taht il-komminazzjoni tal-art. 109 tal-Kap. 109, u s-sidma jistghax jiehu lura l-fond minhabba s-sullokazzjoni. Ir-rapport tas-sid jibqa' dejjem mal-inkwilin, u s-sullokazzjoni. Ir-rapport tas-sid jibqa' dejjem mal-inkwilin, u s-sullokazzjoni li kienet saret issehh biss bejn l-inkwilin u s-subinkwilin. Imma mhux korrett li jinghad li, meta miet l-inkwilin u l-gudizzju gie trasfuz fl-eredi tieghu li kien ukoll is-subinkwilinn, ma nholoq ebda rapportgdid bejn is-sid u dak is-subinkwilin. Ghax ladarba s-subinkwilin kien joqghod fil-post bil-kunsenstal-inkwilin, anki jekk dan ma kienx hu stess joqghod fil-post, dak is-subinkwilin ghandu jitqies,ghall-finijiet tal-Ligi tal-Kera, bhala li kien joqghod mal-inkwilin, avvolja dan ma kienx jokkupa l-fond, u dak is-subinkwilin ma ghandux jigi eskluz mill-vantaggi li taghti dik il-ligi lil min kienjoqghod fil-fond b'arrangamenti mal-inkwilin. Dan, pero', ma jfisserx illi s-sid ma jistghux jitlobl-izgumbrament tas-subinkwilin minghajr ma jaghtieh "alternative accomodation" jew jipprova li s-subinkwilin ghandu din l-"accomodation", imma jfisser biss li ghall-apprezzament tal-"hardship" rispettiv l-paragun ghandu jsir fil-konfront tas-subinkwilin; u allura tidhol ir-regola illi l-ezistenza tal-"alternative accomodation" ghall-kerrej mhix kondizzjoni "sine qua non" biex is-sid jista' jitlobir-ripreza ta' pussess tal-fond, u t-talba tas-sid ghall-izgumbrament tieghu ghandha tigi milqughajekk il-Board ikun soddisfatt illi, fid-dawl tac-cirkustanzi kollha, is-sid ikollu "hardship" akbarjekk it-talba tieghu tigi michuda minn dak li jkollu s-subinkwilin jekk dik it-talba tigi milqugha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info