eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 305
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
19/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
CALCEDONIO PSAILA vs GIUSEPPE FARRUGIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Fil-Qosor
Jekk ambjent formanti parti minn fond ikun detenut b'lokazzjoni u jinbiegh il-fond kollu, kompriza l-parti hekk mikrija, u l-akkwirent tal-fond kollu jitlob lil dak il-kerrej li jibdel dak l-ambjent ma' iehor fl-istess fond, billi dak il-kerrej johrog mill-ambjent mikri ghandu u jmur jokkupa l-ambjent l-iehor lilu offert minn dak l-akkwirent, u dak il-kerrej, biex jaghmel pjacir lil dak l-akkwirent, jaccetta din il-bidla, u fil-fatt jitlaq l-ambjent li kellu u jmur fl-ambjent l-iehor, javvera ruhu trasferiment tal-inkwilant ta' dak il-kerrej minn fuq l-ambjent li kellu ghal fuq l-ambjent il-gdid. Hawn ma hux il-kaz ta' negozju li kien qieghed jiddelinea ruhu "ad ovo" f'dik il-lokazzjoni, imma kien hemm l-antecedent deciziv li dak il-kerrej kellu diga' l-lokazzjoni tal-ambjent precedenti,u ghalhekk, biex jithassar u jitbiddel dak it-titolu ta' lokazzjoni li kellu, kien hemm bzonn li fl-okkazzjoni li saret il-proposta tal-bidla jintqal xi haga li turi bic-car li l-intenzjoni tal-partijiet f'dak in-negozju kienet li tittermina l-lokazzjoni. Din il-konkluzjoni ma tithassarx bil-fatt li l-akkwirent tal-fond kollu ma riedx kera minn ghand il-kerrej, u li, ghalkemm dan offrielu l-kera,l-iehor qallu li ma riedx kera u li jzommu bla kera sakemm il-fond jibqa' f'idejh, probabilment inpista tal-pjacir li kien ghamillu l-kerrej. Dan il-fatt ma jeliminax ir-rekwizitt tal-kera; biss il-hlas tal-kera jig sospiz "pro tempore". Lanqas ma jiswa l-fatt li ma giex fissat il-"quantum" tal-kera ghall-ambjent li dak il-kerrej beda jokkupa minflok dak li kellu qabel; ghax kien hemm ga ezekuzzjoni tal-lokazzjoni, jigifieri illi l-haga lokata ga' kienet konsenjata lill-kerrej, u dan kien anticipa xi haga akkont tal-kera, konsistenti fl-offerta tal-kera u s-sospensjoni tal-hlas tieghu bil-volonta' tal-istess sid. Ghaldaqstant jekk dak l-akkwirent in segwitu jittrasferixxi l-fond kollu lil hadd iehor, min jakkwistah minn ghandu ma jistghax jitlob l-izgumbrament ta' dak il-kerrej minn dak l-ambjent li beda jokkupa wara l-bidla, billi ma jistghax jigi allegat li hu qed jokkupah minghajr titolu jew b'titolu prekarju.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.
Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku.
Iktar Informazzjoni
Naċċetta