Referenza: Volum 42B (1958), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 333

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GIUSEPPA AGIUS ET. vs PAOLA FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 9, 1375, U 1616 TAL-KODICI CIVILI. - KONSORZJU - LOKAZZJONI - MARA - NULLITA' - PREGUDIZZJU - PROVA - RATIFIKA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-ligi taghti lill-komproprjetarju ta' haga komuni d-dritt li jimpunja l-lokazzjoni maghmula mill-komporprjetarju l-iehor minghajr il-kunsens tieghu jew l-awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti, kemm il-kawba din l-impunjazzjoni ssir fi zmien xahrejn minn meta jkun sar jaf b'dik il-lokazzjoni. Huwa konformi ghall-principji regolanti l-piz tal-prova illi x-xjenza tal-kiri fil-kompossessur li jimpunja l-lokazzjoni ghandu jippruvaha min jallega dik ix-xjenza; u fil-kaz li din il-prova ma tkunx adegwata, jew anki fil-kaz ta' dubju, l-allegata xjenza ghandha tkun respinta. Jekk il-kunsens pretiz moghti hu dak ta' mara mizzewga, jehtieg jigi pruvat ukoll li kien hemm il-kunsens jew l-awtorizzazzjoni ta' zewgha; ghax il-kiri ta' post, anki per mezz ta' mandatarju, jikkostitwixxi obkligazzjoni verau proprja, u l-mara mizzewga, bhala regola, ma tistghax tassumiha mingahjr il-kunsens jew l-awtorizzazzjonitar-ragel. Jekk dik il-mara mizzewga kienet taf hij abiss bil-lokazzjoni, u halliet jghaddiz-zmien legali minghajr ma nfurmat lill-zewgha, dan l-agir taghha ma jistghax jinghad li jikkostitwixxi ratifika tal-kirja; ghax din ir-ratifika ma tiswiex legalment, billi anki ghar-ratifika jehtiegil-konkors ta' zewgha; molto pju' li dik ir-ratifika tikkostitwixxi rinunzja ghad-dritt ta' annullament tal-lokazzjoni, u ghalhekk jehtiegu r-rekwiziti kollha mehtiega ghall-validita' ta' rinunzja. Barra minn dan, id-dritt tla-lokazzjoni, u ghalhekk jehtiegu r-rekwiziti kollha mehhtiega ghall-validita' ta' rinunzja. Barra minn dan, id-dritt tal-lokazzjoni, u kwindi anki l-impunjattiva tal-istess lokazzjoni kienu jappartjenu lir-ragel, li bhala kap tal-komunjoni tal-akkwisti ghandu, sa prova kuntrarja, id-dritt tla-amministrazzjoni anki tal-beni parafernali ta' martu. Xejn ma jservi li l-lokazzjoni ma tkun giebet ebda pregudizzju lil min irid jimpunjaha; ghaliex il-ligi ma tirrikjedi ebda kawza gusta ghall-annullament tal-lokazzjoni, imma trid biss li tkun saret minghajr il-kunsens tal-komproprjetarju jew l-awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni