Reference: Volume 34A (1950), Part No. 1, Section , Page 280

Judgement Details


Date
04/12/1950
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
CARMELO ELLUL vs RAFFAELE SAID PR. ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1407, 1410 U 1470 TAL-KODICI CIVILI - PROMESSA TA' BEJGH - RATIFIKA - SERVITU' - TERMINU TAL-VALIDITA' TAGHHA - TERZI
Summary
Min jobliga ruhu li jixtri fond bhala liberu u frank, li wara jistab li huwa suggett ghal servitu',ma jibqax marbut li jersaq ghall-kuntratt tal-bejgh jekk dik is-servitu' ma tigix imnehhija sakemm jghaddu tliet xhur minn meta sar il-konvenju tal-promessa ta' bejgh. Malli jaghalqu dawk it-tliet xhur dik il-promessa titlef l-effikacja taghha, u x-xerrej jinsab mahlul minn kull obligu li jixtri dakil-fond.Ghax il-kliem tal-ligi, li t-terminu ta' tliet xhur ghandu jibda jghaddi minn dak in-nhar li l-bejgh ikun jista' jsir, jekk ma jkunx gie miftiehem terminu itwal, ma ifisserx li idak it-terminu ma jibdiex jghaddi anki meta jkun hemm nuqqas jew ksur ta' obligazzjoni da parti ta' wiehed mill-kontraenti. Dak it-terminu ghamlu jigi ritenut sopiz biss meta mill-konvenzjoni jidher li dik kienetil-fehma tal-kontraenti u biex jigu superati ostakoli komuni gahz-zewg kontraenti, u minnhom maghrufin. Lanqas jiswa xejn il-fatt lidik is-servita' tigi mnehhija wara l-gheluq ta' dawk it-tliet xhur;ghalix bl-iskadenza tat-terminu x-xerrej jinsab mahlul mill-obligazzjoni li kellu, u dak il-fatt posterjuri ma jistax jerga' johloq dik l-obligazzjoni li kienet tilfet l-effikacja taghha m alli ghalqu t-tliet xhur. Ir-ratigika ma tippregudikax id-drittijiet tat-terzi; u f'materja ta' kuntratti huwa"terz" kwalunkwe persuna barra mill-partijiet kontraenti u s-successuri taghhom b'titolu universali. Ghaldaqstant, jekk it-tnehhija tas-servitu' kienet tiddependi mir-ratifika ta' whud mill-proprjetarji tla-fond dominanti, dik ir-ratifika, li tkun saret bejn il-venditur u dawk il-proprjetarji, ma toperax di fronti ghax-xerrej, ghax dan huwa terz f'dik ir-ratifika; u ma tippregudikalux id-dritt likien ga akkwista bid-dekorriment tat-terminu fuq imsemmi, dak cjoe' li ma jersaqx ghall-kuntartt tal-bejgh. Lanqas ma huwa ta' gjorament ghall-venditur il-fatt li skond il-ligi, meta wiehed jixtri fond bhala liberu, u wara jsib li huwa soggett ghal servitu', jista' jitlob li jigi rizolut il-bejghkemm il-darba l-venditur ma jilliberahx minn daik is-servitu'; ghax din il-ligi topera fil-kaz ta' bejgh li huwa ga effettwat, u hija applikazzjoni tal-primcipji li jirrigwardaw il-garanzija tal-pussess pacifiku; mentri fil-daz li jkun hemm biss promess ta' bejgh mhumiex applikabili dawk il-principji, imma japplikaw dawk li jirregolaw il-kuntratti, skond liema principji l-adempiment ta' l-obligazzjoni ghandu jkun konformi ghall-obligazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info