Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 558

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/11/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
VINCENZA SAMMUT ET. vs SALVATORE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ELEMENTI - PUSSESS - REINTEGRAZZJONI - SPOLL
Fil-Qosor
Biex tirnexxi l-azzjoni ta' spoll "de recenti" hemm bzonn li l-attur jipprova t-tliet elementi (a) "possedisse", (b) "spoliatum fuisse", u (c) "infra bimestre deduxisse". L-attur ghandu jipprova wkollli gie spoljat vjolentement jew klandestinament ("vi aut clam"). F'materja ta' azzjoni ta' spoll matistax tigi permess ebda eccezzjoni qabel ma jigi reintergrat l-ispoll ("spoliatus ante omnia restituendus"); u kontra din l-azzjoni m'humiex permessi eccezzjonijiet ohra hlief dawk dilatorji. U l-ezami tal-Qorti ghandu jkun limitat ghall-fatt ta' l-ispoll u l-pussess, mhux ghall-investigazzjoni tal-pussess ta' l-ispoljat. Ghal din l-azzjoni l-ligi ma tirrikjedix il-prova tal-pusess turbat, u takkorda r-reintegrazzjoni anki favur il-possessur "in mala fede", u kontra l-istess proprjetarju tal-haga li taghha jkun hemm il-pretensjoni li gie kommess l-ispoll. U hemm ir-rekwiziti ta' l-ispoll anki meta l-ispoljat ghandu s-semplici detenzjoni tal-haga, avvolja din id-detenzjoni tkun prekarja. Il-pussess mehtieg fil-kawzi ta' spoll "de recenti" buwa l-pussess materjali u "di fatto", jew ahjar kwalunkwe pussess, ikun x'ikun; u mhux mehtieg li l-attur jipprova li ghandu dritt ta' proprjeta' jewta' servitu', jew titolu iehor fuq il-haga posseduta minnu, u li minnha jkun gie spoljat vjolentement jew klandestinament. L-ispoljat ghandu dritt jinsisti li l-haga tigi rimessa fl-istat kif kienetqabel; salvi r-ragunijiet li fil-gudizzju petitorju jistghu jikkompetu lill-ispoljant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni