Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 554

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/11/1952
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELO SULTANA vs NAZZARENO CIANTAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1499 U 1504 TAL-KODICI CIVILI. - CEDOLA TA' DEPOZITU - LIKWIDAZZJONI - NULLITA' - RETRATT - SIMULAZZJONI - SPEJJEZ RIMBORZABBLI LIR-RETRATTARJU
Fil-Qosor
F'materja ta' retratt, anki f'dazi fejn ma jkunx hemm simulazzjoni, ir-regola hi li r-retraent ghandu rapporti max-xerrej biss-dejjem in riferenza ghat-trasferiment li jkun ta lok ghall-irkupru-minghajr ma jitqiesu l-aljenazzjonijiet posterjuri tal-fond; u konsegwentement fil-konfront tal-kumpraturbiss issir l-likwidazzjoni ta' l-ispejjez remborzabili mir-retraent skond il-ligi. Jekk ir-retrattarju jkun irrilaxxxja l-fond lil hadd iehor, ghax dan ikun ezercita rkupru fuq il-fond, u dak ir-retratt ikun gie dikjarat mill-Qorti fittizju, u hekk ikunu gew annullati l-effetti tieghu b'effett retroattiv, il-fatt li r-retrattarju jkun hekk irrilaxxja l-fond lil dik it-terza persuna ma jbiddilx il-pozizzjoni guridika; ghax dak ir-rilaxx ghandu jitqies bhal kieku ma ezista qatt quddiem ir-retraent. Ghaldaqstant, ic-cedola li biha r-retraent jintegra d-depozitu billi jiddepozita l-ispejjez minnurimborzabili skond il-ligi, ma hix nulla billi tkun saret favur il-kumpratur biss, u mhux favur ukoll ir-retraent l-iehor; avvolja l-kundanna ghar-rivendizzjoni, fil-kawza fejn gie dikjarat fittizju r-retratt, tkun saret kontra dak ir-retraent l-iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni