eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 64C (1960), Part No. 1, Section , Page 385
Download
Judgement Details
Date
20/06/1960
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOSEPH TOLEDO ET. vs JOHN ZAMMIT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
ATT TA' KONVENJU - DEKORRENZA TAT-TERMINU TAL-VALIDITA' TIEGHU - OBLIGAZZJONI SOLIDALI - SOCJETA'
Summary
Hu veru li fit-teorija legali s-socjeta' ghall-finijiet patrimonjali tikkostitwixxi persuna guridikadiversamill-persuni fizici tal-membri taghha; imma meta l-interessi personali tas-soci huma intimament koinvolti mal-interess tas-socjeta', din id-distinzjoni tal-persuni, ghall-finijiet prattici, appena tista' ssir. U ghalhekk, fil-daz li diversi persuni jaghmlu att ta' konvenju biex jakkwistaw bicca art meta l-koncedent ikun fil-pozizzjoni li jaghmlilhom il-koncessjoni, u dan jobliga ruhu li javzahom meta jkun jista' jittrasferilhom dik l-art, u wara l-koncedent javzalil wiehed minnhom li l-kuntratt jista' jsir, it-terminu legali tal-validita' takl-att tal-konvenju jibda jiddekorri minn dakl-avviz, u ma jistghux l-akkwirenti l-ohra jallegaw li t-terminu ma bediex hekk jghaddi ghax l-avviz inghata lil wiehed minnhom biss u mhux lil kull wiehed minnhom. U dan hu aktar il-kaz meta l-persuna hekk avzata kienet mandatarja tal-akkwirenti l-ohra. Lnaqas tiswa l-allegazzjoni li dak il-mandatarju ma setghax jorbot lill-akkwirenti l-ohra; ghax dan ifisser biss li hu ma setghax jikkuntrattajew jikkonkjudi ghalihom "obligazzjonijiet godda", mentri r-ricezzjoni ta' dak l-avviz hija l-implementazzjoni ta' patt kontemplat fi ftehim ga konkjuz maghhom il-koll, u la huma hallew f'idejh ghal dak li jirrigwarda kontatti jew kommunikazzjonijiet ma' jew mill-koncedenti, ma jistghux mbghad, fl-istess hin, jghidu li ma kienx ukoll jorbot lilhom. Jista' jizdied ukoll li, jekk l-obligazzjoni tla-akkwirenti li jakkwistaw dik l-art kienet "in solidum", u l-mod tal-ezekuzzjoni kontemplat mill-partijiet kien indivizibbli, dan aktar isehh; ghax f'obligazzjoni simili l-obligati huma kunsidrati bhala mandatarji ta' xulxin. Teorikament ma jidherx illi, ghalkemm it-terminu ta' dekadenza, il-konvenjujispicca mal-gheluq ta' dak iz-zmien, imma l-kontarent ghandu favur tieghu t-terminu kollu stipulat, u kwindi, li jrid jagixxi kontra tieghu, hu obligat jistemma z-zmien kollu jiskadi u jghaddi kolluqabel ma jista' jagixxi. Dekors ta' zmien qasir wara l-gheluq tat-terminu, basta ma jkunx hemm indugju mhux necessarju, ma jwaqqghax lil min irid jagixxi mid-dritt li hekk jagixxi. Izda dan il-principu ma ghandux jigi stirakjat b'mod tali li l-fissazzjoni taz-zmien titlef kull tifsir; ghax ir-regola generali hija illi, salvi t-termini tal-konvdenzjoni partikulari u l-intenzjoni tal-partijiet, meta fl-att tal-konvenju hemm limitazzjoni taz-zmien, il-promittent jibqa' mehlus mill-obligazzjoni tieghu jekk dak iz-zmien jiskadi minghar ma hu jkun gie mqieghed in mora biex jezegwixxi l-obligazzjonitieghu. U purke' jkun hemm din l-interpellazzjoni fit-terminu miftiehem, l-azzjoni jehtieg li ssirbla dewmien ingustifikat. It-trattattivi li jsiru wara li l-konvenju jun skada, biex forsi ssir il-koncessjoni kontemplata fil-konvenju, ma jimpurtawx rinunzja ghal xi drittijiet derivanti lill-promittent mill-iskadenza tat-terminu; specjalment meta dawn it-trattattivi jsiru minghajr pregudizzju.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It