Reference: Volume 80 (1996), Part No. 4, Section 1, Page 75

Judgement Details


Date
31/07/1996
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V.
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs NIKOLA SIVE NICHOLAS CUTAJAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
GURAMENT FALZ - SPERGUR F'XI KAWZI KRIMINALI
Summary
F'din is-sentenza, il-Qorti ta' l-Appell Kriminali, wara li rat is-sentenza taghha Rep. vs Dr. Lawrence Pullicino (07.02.91) fejn kienet ezaminat il-portata tal-kliem "proceduri kriminali" fil-kuntestta' l-artikolu 104 tal-Kodici Kriminali, qalet li trattandosi ta' ligi kriminali, kull interpretazzjoni ghandha tkun ristrettiva u jekk il-ligi, apparti mill-fatt illi fix-shot title tirreferi ghal kawza kriminali u mbaghad fit-test proprju tirreferi ghal "proceduri kriminali dwar delitt sugger ghal piena aktal mill-piena ta' prigunerija ghal zmien sentejn", il-Qorti ghandha toqghod ghal din id-direzzjoni u ma tistax konsegwentement tasal ghal konkluzjoni li l-proceduri li kienu intizi biex jigi rrevokat id-digriet ta' l-ghoti tal-liberta' provvisorja jistghu b'xi mod jigu kkwalifikati bhalaprocedura kriminali dwar delitt suggett ghal piena akbar mill-piena ta' prigunerija ghal zmien sentejn. L-artikolu 108 tal-Kodici Kriminali ma jista' qatt jigi mifhum b'mod illli fejn il-ligi tghid "jahlef il-falz quddiem Magistrat jew quddiem ufficjal iehor li jkollu s-setgha bil-ligi li jaghti l-gurament", kienet qieghda tintendi tinkludi ukoll Imhallef li jkun qed jippresjedi fi proceduri civili u kriminali. Anke s-sens logiku ta' l-istess disposizzjoni jindika illi l-artikolu 108 huwa intiz biex jaghmel tajjeb ghal kazijiet li ma jkunux jaqghu taht xi wiehed, jew iehor mill-artikoli 104,105 u 106 tal-Kodici Kriminali. Infatti, eliminata l-figura tal- Magistrat minghajr ma hemm imsemmija specifikatament il-figura ta' l-Imhallef, mhuwiex possibbli li wiehed jimmagina illi l-legislatur kellu f'mohhu li distintament isemmi lill-Magistrat u ma jsemix lill-Imhallef, minhabba l-fatt liMhallef huwa kompriz fit-terminologija "ufficjal iehor".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info