Reference: Volume 39D (1955), Part No. 3, Section , Page 901

Judgement Details


Date
25/11/1955
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
GIUSEPPE MIFSUD vs EMMANUELE DINGLI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1605, 1607 (1) U (2), 1611, U 1612 TAL-KODICI CIVILI - DEVOLUZZJONI TAL-FOND - ENFITEWSI - MILJORAMENTI - MOROZITA` FIL-HLAS TAC-CENS - PURGAZZJONI TAL-MORA
Summary
Jekk ic-censwalist jonqos milli jhallas ic-cens ghal tliet snin, il-padrun dirett jista' jitlob li jholl l-enfitewsi u li jintradd lilu l-fond bil-miljoramenti. U meta l-hall tal-kuntratt ikun gie miftiehem espressament, il-Qorti ma tistax taghti zmien ghall-hlas tac-cens maghluqa. Fil-waqt li jitlob id-devoluzzjoni tal-fond, il-padrun dirett jista' wkoll jitlob il-hlas tac-cnus maghluqa. Il-fatt li l-padrun dirett ikun talab il-hlas anki tac-cens ghas-sena korrenti ma jista' qatt legalment jimporta li hu ma jistax aktar jitlob ix-xoljiment ta' l-enfitewsi, jew almenu li ma jistax jitlob dak ix-xoljiment qabel ma tkun ghaddiet is-sena korrenti; u l-padrun dirett jista' jaghmel it-talba ghax-xoljiment tal-kuntratt tant jekk ikun sejjah lic-censwalist ghall-hlas tac-cens, kemm ukoll jekkma jkunx sejjahlu. Imma l-padrun dirett ma jistax javanza t-talba ghax-xoljiment ta' l-enfitewsi jekk hu hjkun sejjah lic-censwalist biex ihallas ic-cnus, u dan ikun hallas dawn ic-cnus. Ghalkemm f'kaz simili t-terminazzjoni ta' l-enfitewsi tkun serjra ssir qabel l-gheluq taz-zmien li ghalieh gietkoncessa, u dan minhabba d-dissoluzzjoni, mhux necessarju li jigi nominat nutar biex jippublika l-att tad-dissoluzzjoni u kuratur biex jirrapprezenta lill-kontumaci fuq dak il-att; ghax id-dissoluzzjoni topera ruhha bis-sahha tas-sentenza, li tista' tigi, skond il-ligi, inskritta ghall-insinwa fir-Registru Publiku. Imma l-padrun dirett, avvolja l-enfitewsi tigi dixjolta minhabba nuqqas fil-hlastac-cens, hu obligat ihallas lic-censwalist il-prezz tal-miljoramenti skond kemm hu l-valur taghhomfiz-zmien tad-devoluzzjoni, sas-somma li l-fond f'dan l-istess zmien sar jiswa izjed minhabba l-istess miljoramenti, u skond iz-zmien rimanenti ta' l-istess enfitewsi; b'dan illi l-padrun dirett ma jistax jigi mic-censwalist imgieghel ihallas dak il-prezz sakemm huwa, wara li jkun bil-mod li trid il-ligi, assoggetta l-fond u l-miljoramenti b'ipoteka specjali ghal dak il-prezz, ihallas lic-censwalist l-imghaxijiet fuq dak l-istess prezz bit-tlieta fil-mija fis-sens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info