Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 931

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/01/1955
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs KELINU MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 217 U 222 TAL-KODICI KRIMINALI - ATTENTAT VJOLENTI GHALL-PUDUR POST PUBBLIKU - KORRUZZJONI TAL-MINORENNI - PIENA - RINUNZJA
Fil-Qosor
Il-kriterju differenzjali senjat mill-ligi bejn ir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni u dak ta' attentat vjolent ghall-pudur huwa negattiv, u dan: jekk fil-fatt addebitat lill-imputat jikkonkorru r-rekwiziti tal-korruzzjoni ta' minorenni hemm da id-delitt; jekk le, hemm attentat vjolent ghall-pudur.U jista' jkun hemm attentat vjolent ghall-pudur anki ta' minorenni. Jekk l-azzjoni tas-suggett attiv tkun oltraggat il-pudur tas-suggett passiv, dan hu bizzejjed, kien x'kien il-motiv li spinga s-suggett attiv, anki jekk ma kienx fini libidinuz. Ghalhekk, meta l-Qorti tkun perswaza li l-fattijiet tal-kaz in ispecje jinkwadraw ruhhom fl-ipotesi tal-ligi relativa ghar-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni, jigifieri l-eta' minuri tal-vittma, l-element materjali ta' l-attijiet ta' libidini, u l-element intenzjonali, cjoe' r-rieda tal-hati li jaghmel dawk l-attijiet li hu jaf li huma libidinuzibhala intizi ghas-sodisfazzjon sesswali, hemm ir-reat ta' korruzzjoni ta' minorenni. Meta l-atti ta' korruzzjoni ta' minuri jsiru f'post publiku jew accessibbli ghall-pubbliku, hemm l-element tal-publicita' li jirrendi inesperattiva r-rinunzja ghall-kwerela. Imma, ghall-finijiet tal-piena, huwa ekwu li jittiehdu in konsiderazzjoni c-cirkustanzi tal-kaz, bhal ma huma l-grad ta' gravita ta' l-attita' libidini, il-fatt li l-potenzjalita tal-publicita' tal-post ma tkunx markata, u l-fatt li l-potenzjalita' tal-publicita' tal-post ma tkunx markata, u l-fatt li jkun hemm rinunzja ghall-kwerela.Jekk il-grad ta' gravita' ta' l-atti libidinuzi ma jkunx markat ghax is-suggett attiv ma kellux inkoraggjament mis-suggett passiv, il-grad jibqa' l-istess; hax dak hu, u mhux aktar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni