Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 855

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/05/1955
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
REV. KAN. DON EMMANUELE MUSCAT vs LUCY PORTELLI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1658 TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI - MOROZITA FIL-HLAS TAL-KERA - PROVI - PURGAZZJONI TAL-MORA - RIZOLUZZJONI - XHIEDA KONTRA L-MIKTUB
Fil-Qosor
Hija gurisprudenza ormaj kostanti li, salv certi eccezzjonijiet introdotti mill-ekwita', jekk il-kontraenti jirrikorru ghall-miktub, ma jkunux jistghu jippruvaw permezz ta testimoni dak li ma jirrizultax, jew jirrizulta eskluz, mill-istess kitba; u dan ghaliex ghandu jigi prezunt illi fl-att skrittil-kotraenti li kkomprendew il-konvenzjonijet kollha ta' bejniethom, u kwindi kull trattattiva jew progett, jew ftehim, li ma giex dedott fl-iskritt ghandu jigi ritenut abbandunat. L-eccezzjonijiet ghal dina r-regola jirrikorru f'dawn il-kazijiet:- 1. Meta l-kuntratt ikun vizzjat minn frodi, jew altrimenti null hal xi raguni valida fil-ligi; 2. meta l-kuntratt ikun simulat; 3. meta s-sinifikat tal-kitba jkun ambigwu jew il-kitba tkun tikkontjeni partijiet kontradittorji; 4. meta jkun irid jigipruvat xi patt incidentali u accessorju, jigifieri sekondarju, u mhux inkonciljabbli mal-iskritt. Meta fi skrittura ta' lokazzjoni tkun giet espressament mifthema r-rizoluzzjoni tal-lokazzjoni fi-kazta' inadempjenza tal-kerrej fil-hlas tal-kera, apparti l-kwistjoni jekk, trattandosi ta' kuntratt kummercjali, jistax jigi moghti zmien lill-inkwilin biex jehles mill-mora meta ma tkunx giet espressament konvenuta r-rizoluzzjoni, ma jistax jinghata zmien ghall-purgazzjoni tal-mora lanqas b'applikazzjoni tar-regoli tad-Dritt Civili f'materja ta' lokazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni