Referenza: Volum 39D (1955), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 879

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/1955
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
SALVATORE ATTARD vs CARMELA CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 12 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - KOMPETENZA - KUMMERC - MARA - SELF
Fil-Qosor
Il-mara, waqt iz-zwieg, tista' tezercita l-jummerc; imma bil-knsns ta' zewgha, jew bl-awtorizzazzjoni tal-Imhallef tal-Qorti tal-Kummerc meta r-ragel ma jkunx jista' jaghti dak il-kunsens, jew meta t-tnrjn ikunu minorenni, jew l-awtorizazzjoni b'sentenza tal-Qorti tla'Kummerc meta jkunu legittimament mifrudin minn xulxin u r-ragel m a jkunx irid jaghti l-kunsens tieghu. Il-kunsens tar-ragel jista'jkun espress jew tacitu, u jista' jkun ukoll prezunt: u l-ligi tipprezumieh meta l-ezercizzju b'dikjarazzjoni kuntrarja f'att pubbliku, registrata fil-Qorti tal-Kummerc u jpublikata b'avviz fil-Borza, fil-Gazzetta tal-Gvern, u f'gazzetta ohra lokali. Biex il-mara titqies kummercjanta, hemm bzonn l-ewwelnett li hija tkun tassew tali, jigifieri jkollha attivita' kummercjali; u biex il-kunsens rar-ragel ikun prezunt, jehtieg li dik l-attivita' tkun publika u notorja. Mhux bizzejjed li l-mara tkunritenuta kummercjanta fl-opinjoni publika, imma hi fikjesta l-attivita' kummercjali b'ezercizzju effettiv u abitwali ta' atti obbjettivi tal-kummerc f'isimha u bi professjoni Ma hemmx bzonn lidikl-attivita' tkun unika, jew il-principali taghha, imma trid tkun abitwali, b'serje kontinwa ta' affari kummercjali. U xejn ma jiswa minflok dan; xejn ma jaghmel il-vici tal-ezercizzju effettiv, la l-volonta' li wiehed jezercita l-kummerc, u lanqas il-fatt li wiehed jintitola ruhu kummercjant u jgieghel li jigi kunsidrat tali, sija pure b'artifizi doluzi. Dawn il-principji ghandhom jigu applikati b'rigur assolut; ghaliex il-ligi tikkunsidra l-ezercizzju tal-kummerc haga ta' importanza somma, cirkondata minn diffikultajiet ta' natura varja, u ggib konsegwenzi wisq importanti. Fl-apprezzament tal-publicita' u notorjeta' wiehed ghandu joqghod attent, u jiddezumihom mhux superficjalment, imma minn insjeme ta' atti u operazzjonijiet. Meta dan l-apprezzament u l-applikazzjoni ta' dawn il-principji majwasslux biex juru li l-mara hi publika merkantess, il-Qorti tal-Kummerc mhix kompetenti biex tiehukonjizzjoni ta' kawza li ssir kontra l-mara ghar-restituzzjoni ta' self li jkun sarilha; sija pure allegatament ghall-kummerc taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni