Reference: Volume 39D (1955), Part No. 3, Section , Page 884

Judgement Details


Date
16/06/1955
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
ILLUSTRISSIMU BARUNI LINO TESTAFERRATA BONICI PR. ET NE. vs JOSEPH FORMOSA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1637(1) U 1660 TAL-KODICI CIVILI - BOARD TAL-KERA - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI - TISWIJIET FIL-FOND MIKRI
Summary
Jekk matul il-kiri il-fond mikri jkun jehtieg tiswijiet li ma jridux dewmien u li ma jistghux jithallew sat-tmiem tal-kuntratt, il-kerrej ghandu jhalli jsiru dawn it-tiswijiet, ikun x'ikun is-skiel lijiswewlu; wkoll jekk fiz-zmien li jkunu qeghdin isiru dawk it-tiswijiet hu jitlef l-uzu ta' biccamill-fond. Jekk il-fond jigi b'accident meqrud in parti, il-kerrej jista', skond ic-cirkustanzi, jitlob jew it-tnaqqis tal-kera jew il-hall tal-kuntratt. Dan ifisser illi l-konduttur jista' biss jitlob diminuzzjoni tal-kera jew xoljiment tal-lokazzjoni, imma ma jistax jezigi li tigi rikostruwita l-parti tal-fond li giet meqruda. Il-lokatur, ghall-kuntrarju, li ma ghandux dritt jezigi r-rizoluzzjoni tal-kirja jekk il-konduttur ikun ghazel li jikkuntenta bil-parti li tkun baqghet, b'riduzzjoni tal-kera, ghandu dritt jirrikostruwixxi l-istess parti meqruda, certament minghajr rizoluzzjoni tal-kirja jekk il-konduttur ikun ghazel li jikkuntenta bil-parti li tkun baqghet, b'riduzzjoni tal-keta, ghandu dritt jirrikostruwixxi l-istess parti meqruda, certament minghajr rizoluzzjoni tal-kuntratt, jekk l-inkwilin ma jkunx iridha. Il-ligi trid biss li l-lokatur ma jkollux dritt li jaghmel fil-kors tal-lokazzjoni xogholijiet ta' tiswijiet straordinarji li jistghu jigu differiti minghajr pregudizzju tieghu sa wara li jispicca l-kuntratt; ghaliex dawn it-tiswijiet, mhux ta' urgenza reali, obbjettiva, kbira li timponi ruhha minhabba l-kundizzjonijiet imprexindibbli tal-fond, jarrekaw inkomodu lill-konduttur minghajr ebda necessita', u kwindi jkunu vera u proprja molestja illi l-istess lokatur,fl-interess proprju tieghu, jarreka lill-konduttur. Il-fatt li l-fond ikun sulokat, kif ukoll dak lil-fond ikun uzat ghal skopijiet kummercjali, ma ghadhomx ifixklu lill-lokatur mili jirrikostruwixxil-parti tal-fond li giet meqruda, jekk huwa ghandu d-dritt jirrikostruwixxi u jirripara dik il-parti tal-fond li tinsab danneggjata. IL-Board tal-Kera hu kompetenti meta wiehed irid jimpedixxi r-rilokazzjoni biex jiehu pussess tla-fond u jizgombra lill-inkwilin fil-kazijiet previsti mill-Ligi tal-Kera. Imma meta jkun kaz ta' twaqqid tal-lokazzjoni stipulata ghal zmien li jkun ghadu miexi, hija kompetenti l-Qorti ordinarja. Fil-kaz prezenti, il-Qorti ordnat l-izgumbrament tal-inkwilinghal zmiendeterminat, sakemm tigi rikostruwita parti mill-fond li kienet giet meqruda fil-gwerra; u dan stanteli rrizulta illi x-xoghol kien perikoluz u li bilfors il-fond kellu jigi zgumbrat sakemm isiru dawkix-xogholijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info