Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 442

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/12/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
REBECCA AQUILINA vs GIUSEPPE SCIORTINO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALTATUR - ARKITETT - ART. 1732 TAL-KODICI CIVILI - FORZA MAGGURI - KOLPA
Fil-Qosor
Jekk bini jew xoghol iehor kbir tal-genel, mibni b'appalt, fi zmien hmistax-il sena minn dak inhar illi tkun tlestiet il-kostruzzjoni jinqered, kollu jew bicca minnu, hew juri li hemm perikolu car lisejjer jiggarraf, minhabba difett fil-kostruzzjoni, jew ukoll minhabba difett ta' l-art, l-arkitettu l-appaltatur ghandhom iwiegbu ghal dan. Dina r-responsabilita' tinkombi tant fuq l-appaltatur, kemm ukoll fuq l-arkitett li jkun inkarikat mid-direzzjoni tal-kostruzzjoni. Id-difett fil-kostruzzjonijew fl-art, jikkomprendi anki d-difetti fil-materjali wzati fil-kostruzzjoni; ghax il-bonta' tal-materjali tidhol fl-ambitu tar-responsabilita' fuq imsemmija, billi l-ezekuzzjoni tax-xoghol tinvolvianki l-ghazla tal-materjali, u l-appaltatur u l-arkitett ma ghandhomx jadoperaw materjali mhux tajba, anki jekk is-sid iku irid li jigu wzati dawk il-materjali mhux tajba; imma ghandhom jirrifjutawhom. Imma din ir-responsabilita' mhix assoluta, jigifieri mhix indipendenti minn kwalunkwe accertamentta' kolpa; u lanqas ma hija prezunta din il-kolpa, imma trid tigi accertaqta; u hija eskluza f'kaz ta' forza magguri, jew anki f'kaz fejn l-imprenditur u l-appaltatur ikunu hadu l-prekawzjoni solita ud-diligenza ordinarja mehtiega biex jaccertaw illi l-materjal minnhom adoperat fil-kostruzzjoni kien tajjeb. B'mod illi, jekk il-bini in segwitu jaqa' jew isofri danni minhabba difett li jirrizulta li kien hemm fil-materjal meta dan gie uzat, din ir-responsabilita' ma tezistix, jekk l-imprenditur ul-arkitett hadu dik il-prekawzjoni u uzaw dik id-diligenza, u d-difett kien latenti b'mod li ma setax jigi skopert bid-diligenza li ghandha tigi adoperata fl-ghazla tal-materjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni