Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 582

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/03/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
ANTONIO BEZZINA ET vs PASQUALE AGIUS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 4 TAL-GOVERNMENT NOTICE 242/1943 - BOARD TAL-QBEJJEL - LOKAZZJONI - RILOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-konduttur ta` raba li jircievi interpellazzjoni b'ittra ufficjali biex johrog mir-raba` meta tispicca l-lokazzjoni, u ma jirrikorrix quddiem il-Board ghat-trazzin tal-Qbejjel biex jirrezisti dik l-interpellazzjoni, jitlef il-protezzjoni tal-ligi, u jigi jinsab fil-fond bla titolu. Xejn ma jiswali ldak il-konduttur il-fatt li l-lokatur jkun agixxa kontra teighu u ottjena l-kundanna teighu ghall-hals tal-qbiela, jekk din tkun dovuta ghal perijodu meta l-koduttur kien jokkupa r-raba` b'titoluta` lokazzjoni. Lanqas jiswa lill-kondutur il-fatt li hu jkun baqa` fil-pussess tar-raba`; gahx, biex ikun hemm rilokazzjoni tacita, jehtieg lil-konduttur ikun gie "mholli" fit-tgawdija tal-fond; b'mod pero` li jkun jidehr li l-lokatur ried igeddidlu l-lokazzjoni. jekk ic-citazzjoni ghall-izgumbrament tal-konduttur issir fi zmien ragjonevoli wara l-iskadenza taz-zmien moghti lill-konduttur biexjohrog mill-fond, ma jistax jinghad li kien hemm favur il-konduttur rilokazzjoni tacita u rinunzja tad-dritt akkwistat mill-lokatur bil-fatt li l-konduttur ma jkunx irrezista t-talba tal-lokatur quddiem il-Board tal-Qbejjel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni