Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 325

Judgement Details


Date
17/05/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
VITTORIO FENECH vs GIOVANNI BUTTIGIEG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGRIKOLTURA - ART. 516 (1) U 1036 TAL-KODICI CIVILI - BWONA FEDE - EZEKUZZJONI TA' KUNTRATT - ILMA - SERVITU` PERSONALI
Summary
Jekk bejn zewg gabillotti jsir ftehim fis-sens li wiehed minnhom ghandu jhaffer ghall-ilma fir-raba'tal-iehor, bil-kondizzjoni illi l-ispejjez okkorrenti ghal dak it-thaffir jithallsu bejn dawk iz-zewg gabillotti u l-ilma li jinstab jigi konsegwit minnhom proporzjonatament ghall-flus li jkunu hargubiex isiru dawk l-ispejjez, u dan minghajr ma jigi miftihem ghal kemm zmien din il-konvenzjoni ghandha tibqa' ssehh, ma jistghax dak il-gabillott li fir-raba' tieghu sar dak it-thaffir ixolji dak il-ftehim meta jrid, u jippretendi li l-gabillot l-iehor ma ghandux dritt ikompli jiehu l-ilma. Ftehimsimili jikkostitwixxi "modux operandi" dwar servizz konness mal-agrikoltura, u mhux servitu' predjali b'mod li jkun hemm dritt reali fuq il-fond fejn sar it-thaffir; imma jikkostitwixxi semplici "dritt ta' obligazzjoni", jew servitu' personali. Ghalkemm, meta sar il-ftehim, ma giex stabbilita ebdazmien li fih l-istess ftehim kellu jibqa' jsehh, ma jistghax jigi accettat li dak il-ftehim jista'jigi revokat meta jrid wiehed mill-gabillotti minghajr il-kunsens tal-iehor. Dak iz-zmien, fin-nuqqas ta' ftehim, ghandu jigi dezunt mic-cirkustanzi ta' kull kaz partikulari; u hu lecitu li jigi ritenut li l-"modus operandi" fuq imsemmi ghandu jibqa' jsehh sakemm jippermani l-istat ta' fatti li gieghel lil dawk il-gabillotti jaslu ghal dak il-ftehim. U l-kuntratti ghandhom jigu ezegwit in bwonafede, u jobligaw mhux biss ghal dak li jinghad fihom, izda wkoll ghall-konsegwenzi kollha tal-obligazzjoni skond ix-xorta taghha, bl-ekwita', bl-uzu, jew bil-ligi, u ma jistghux jigu mhassra jekk mhuxbil-kunsens tal-partijiet, jew ghal ragunijiet permessi mill-ligi. Xejn ma tiswa l-allegazzjoni lil-gabillott li haffer ghall-ilma fir-raba' tal-gabillott l-iehor qatt ma hallas xejn ghall-uzu ta'dak l-ilma, jekk ebda hlas ma gie pattwit ghal dak l-uzu meta sar il-ftehim.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info