Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 217

Judgement Details


Date
29/03/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
AVUKAT DR. GEUSEPPE PACE NE. vs MARIETTA ANNATI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1422 TAL-KODICI CIVILI - ART. 534 TAL-KODICI KANONIKU - AZZJONI RIVENDIKATORJA - BEJGH TA' HAGA TA' HADDIEHOR - BENEPLACITU APOSTOLIKU - EKWITA' - EZEKUTUR TESTAMENTARJU - FONDAZZJONI TA' QUDDIES - IMMISSJONI FIL-PUSSESS - INTEGRITA' TAL-GUDIZZJU - LEGAT - NULLITA' - PATRIJIET FRANGISKANI - PIZ - RINUNZJA - SINDKU APOSTOLIKU
Summary
Ghalkemm hu veru li skond id-dottrina u l-gurisprudenza l-legatarju ma jistax jagixxi in rivendika kontra t-terz possessur qabel ma jkun gie immess fil-pussess tal-legat, jew almenu, jekk l-istess werrieta ma jkunux fil-pussesst al-haga legata, jew almenu, jekk l-istess werrieta ma jkunux fil-pussess tal-haga legata, qabel ma jottjeni r-rikonoxximent formali tal-legat, huwa veru wkoll li l-legatarju jista' jitlob il-konsegwiment tal-legat tieghu minn ghand l-ezekutur testamentarju, li huwa l-prezunt mandatarju tat-testatur. Ghaldaqstant, is-Sidktu Apostoliku tal-Patrijiet Frangiskani, li favurtaghhom it-testatur ikun halla legtat ta' quddies biex issir fondazzjoni fil-Knisja taghhom, ma ghandu bzonn jitlob l-immissjoni fil-pussess ta' dak il-legat qabel ma jagixxi biex jirrivendika l-fondassoggettat mit-testatur ghal dak il-quddies, biex ikun jista' jipprocedi ghall-erezzjoni kanonikata' dik il-fondazzjoni; ghax hu stess intitolat li jaghti dak il-pussess, bla ma tehtieglu ebda konferma tas-Sekond'Awla, peress li hu ezekutur ta' fondazzjoni pija in kwantu li hu Sindku Apostoliku.Lanqas ma hu ta' ostakolu ghat-talba tas-Sindku Apostoliku, biex il-fond gravat bil-piz tal-fondazzjoni jerga jidhol fil-patriminju tat-testatur,il-principju illi l-hlas tal-legal ma jistghax isir qabel ma l-assi jigi depurat mid-djun, u ghalhekk qabel ma jigi likwidat l-assi tat-testatur u jithallas id-dejn; ghax azzjoni simili mhix talba ghall-hlas tla-legat, imma talba diretta biex tirrikonducil-fond fl-assi tat- testatur sabiex eventwalment tista' tigi ezegwita l-fondazzjoni pija li taffettah. Lanqas hija attendibbli l-allegazzjoni illi l-gudizzju mhux integru billi gie propst biss kontral-persuna li ttrasferiet il-fond in rivendika u l-persuna li akkwistatu: ghaliex, ghalkemm hu veruli ghar-rivendika tal-oggetti tal-legat ghandu jkun hemm il-permess tal-eredi jew ic-citaqzzjoni tieghu mat-terz possessur, dan il-permess mhux necessarju meta l-attur rivendikant hu anki ezekutur testamentarju fil-kwalita' tieghu ta' Sidku Appostoliku tal-patrijiet li favur taghhom giet ordnata l-fondazzjoni tal-quddies li taggrava fuq il-fond revendikata. Ma hux ezatt li jinghad li laxxitu tal-fruttat kollu ta' fond, ghax ghalkemm il-fondazzjoni hija oneri reali fuq il-fond, li fil-passaggi tieghu jghaddi mal-fond, bhal l-istess fond, dik il-fondazzjoni mhix kwota tal-proprjeta' hlief fis-sens tal-percezzjoni tal-fruttat, b'mod li lill-eredi tibqa' biss il-proprjeta' nuda tieghu. Ghaldaqstant mhux ezatt li jinghad li laxxitu simili favur il-patrjiet jammonta ghal laxxitu tal-proprjeta'tal-fond favur dawk il-patrijiet. Id-Dritt Kanoniku ma jezigix il-beneplacitu apostoliku meta jigi biex jinghiegh fond li l-valur tieghu jkun taht il-limiti stabbilit mill-istess Dritt Kanoniku; izdadan ma jfisserx illi l-Kunvent tal-Patrijiet jista' jbiegh fond tal-Kunvent, jehtieg jew ma jehtiegxdak il-beneplacitu, l-unika persuna li hija kompetenti biex taljena l-beni tal-Kunvent; u ghalhekkil-Kunvent lanqas ma jista' jawtorizza l-bejgh tal-beni tieghu. Jekk mbghad persuna tbiegh fond li gie mholli mit-testatur bhala gravat minn fondazzjoni ta' quddies favur il-Kunvent, u dan il-bejgh isir bhala hieles minn dak il-piz bis-sahha ta' deliberazzjoni tal-Definitorju tal-Kunvent, ma jistghax jigi akkampat bhala argument bie jigi sostnut dak il-bejgh il-gatt li dik l-awtorizzazzjoni tad-Definitorju kienet l-effett ta' zball, imma ghaliex si tratta minn bejgh huwa mull mhux in bazi ta' zball, imma ghaliex sitratta minn bejgh ta' haga ta' hadd iehor. U kontra din in-nullita' lanqas ma jistghu jigu nvokati konsiderazzjonijiet bazati fuq l-ekwita'. Fl-ahharnett, il-fatt li l-Kunvent, wara li jkun sar il-bejgh ta' dak il-fond, jibda jhallas il-kera tal-istess fond lill-akkwirent, ma jinducix rinunzja ghall-azzjoni ta' rivendika tal-fond da parti tas-Sidku Apostoliku; ghax dan l-att tal-Kunvent ma jistghax ikollu riperkussjoni fuq id-drittijiet tas-Sidku Apostoliku fl-ezercizzju tal-funzjonijiet tieghu; ghax il-Kunvent mhuwiex il-mandant tas-Sidku Apostoliku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info