Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 141

Judgement Details


Date
08/03/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
JOSEPH COPPERSTONE vs HENRY CROCKFORD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1622 (1) TAL-KODICI CIVILI - ASSOCJAZZJONI - BOARD TAL-KERA - HANUT - KERA - LOKAZZJONI - SOCJETA' - SULLOKAZZJONI
Summary
B'ligi espressa, il-kera jista' jikkonsisti sew fi flus kemm f'xi kwantita' ta' oggetti, jew ukoll f'sehem tal-profitti ta' xi haga. Ghalhekk, il-kera ta' hanut jista' jikkonsisti f'sehem mill-profitti tal-gestjoni ta' dak il-hanut, u ma ghandux necessarjament jikkonsisti fi hlas perijodiku ta' somma determinata. Il-patt li wiehed mill-partijiet jassenja lill-parti l-ohra kwota tal-profitti tal-hanut mhux bizzejjed biex jikkostitwixxi socjeta' jew assocjazzjoni bejn dawk iz-zewg persuni; ghaxhu risaput li jista' jkun hemm dak il-patt f'hafna negozji guridici li jkunu pero' wisq differenti mill-figura tas-socjeta' jew assocjazzjoni. Ghaldaqstant, jekk l-inkwilin ta' hanut jitlaq l-ezercizzju ta' dak il-hanut lil persuna ohram li tobliga ruhha li thallas lil dak l-inkwilin sehem mill-profitti, minghajr ma jissemma xejn li dak l-inkwilin ghandu jbati sehem mill-perditi eventwali ta' dakil-hanut, u anzi dik il-persuna l-ohra tirrendi ruhha responsabbli ghall-oggetti li hemm fil-hanut,b'mod li jekk jonqos xi haga, anki bl-uzu jew bi ksur, tkun tenuta ghas-sostituzzjoni taghhom, ma jistghux jigi ritenut li l-intenzjoni tal-partijiet kienet li jikkostitwixxu socjeta' jew assocjazzjoni bejniethom, izda tirrizulta l-figura tal-lokazzjoni; u r-rata tal-profitti stabbilita favur l-inkwilin tirrapprezenta l-prezz tal-istess lokazzjoni. Konvenzjoni simili minghajr il-kunsens tas-sidtal-hanut tintitola lil sid il-hanut jitlob ir-ripreza tal-pussess ta' l-istess hanut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info