Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 168

Judgement Details


Date
15/03/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
GRAZIA BORG vs ROSA FARRUGIA NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 535,2248,2223,2224,U 2226 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - KONSORZJU - LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI - TITOLU
Summary
Il-ligi tiddisponi illi d-divizjoni tista' tigi mitluba anki jekk wiehed mill-komproprjetarji jkun gawda separatament bicca mill-beni komuni; izda dan kemm id-darba ma tkunx saret qasma jew ma jkunx hemm pussess bizzejjed li jaghti lok ghall-preskrizzjoni. Huwa veru li din id-dispozizzjoni tinsab taht it-Titolu tad-Divizjoni tal-beni komuni, izda l-ipotesi fl-ahhar lok kontemplata hija ntrodotta favur il-konsorti li jkun ippossjeda l-fond komuni b-eskluzjoni tal-konsorti l-ohra; u ntiza biex lildawn tal-ahhar tinnegalhom kwalunkwe dritt ta' komproprjeta' li qatt kellhom, u lil tal-ewwel tassikuralu l-proprjeta' tal-haga kollha li kienet komuni fil-konfront taghhom. Fi kliem iehor, b'dik id-dispozizzjoni l-konsorti ma jistghax jitlob id-divizjoni tal-haga komuni u jakkampa drittijiet ta' proprjeta' fuq dik il-haga, meta jkun tilef dawk id-drittijiet mhabba l-preskrizzjoni maturata bil-pusess tal-konsorti l-iehor.Huwa maghruf li l-azzjoni ta' divizjoni hija impreskritibbli matul iz-zmien li l-konsorti jgawdu l-haga jew hwejjeg komuni bhala komunisti, izda hija preskrittibbli meta l-konsorti ma jibqghax igawdu l-haga jew hwejjeg indivizi bhala konsorti u jibda jippossjedihom separatamentu b'eskluzjoni tal-konsorti l-ohrajn. Din il-preskrizzjoni hija ta' tletin sena, u tibda tghaddijill-gurnata li jibda l-pussess separat u eskluziv; u bied tigi respinta l-azzjoni tad-divizjoni mhabba l-preskrizzjoni, hija necessarja l-prova ta' pussess publiku u eskluziv, li minnu timmanifestaruhha b'mod mhux ekwivoku l-volontaw' tad-dgawdija tal-haga komuni kllha; hemm bzonn, ghalhekk, li min jinvoka favur tieghu l-preskrizzjoni jkun ippossjeda "animo domini", billi kien jikkunsidra ruhuproprjetarju u kellu l-fehma gusta li kien akkwista l-proprjeta'. Ghalkemm hija wkoll ligi li l-inkwilin ma jistghax jippreskrivi favur tieghu nnifsu, u li hadd ma jista' jbiddel ghalieh innifsu r-raguni li ghaliha huwa jkun izomm il-haga, hija opinjoni prevalenti li dawn id-dispozizzjonijiet ma jolqtux il-kommunista li jkun qieghed jippossjedi l-haga f'dik il-kwalita' bhal ma jolqtu possessuri prekarji ohra, u li l-komunista li jkun beda jippossjedi l-haga komuni separatament u eskluzivament, u"animo domini", jista' jippreskrivi ghad-dannu tal-konsorti l-ohra minghajr bzonn tal-inversjoni tat-titolu tal-pussess tieghu. Ghaldaqstant, il-komunista li kien jippossjedi l-haga komuni b'titolu ta' lokazzjoni, u mbaghad beda jippossjediha "animo domini", jista' jonponi bil-preskrizzjoni t-talbatal-konsorti l-ohra ghad-divizjoni ta' dik il-haga, jekk ikunu jirrikorru fih ir-rekwiziti kollha mehtiega mill-ligi ghall-preskrizzjoni akkwizittiva, minghajr ma jista jigi oppost ghal dik il-preskrizzjoni l-fatt li l-inkwilin ma jistghax jippreskrivi favur tieghu nnifsu u l-fatt li hadd ma jista'jbiddel ghalieh innifsu r-raguni li ghaliha jkun izomm il-haga.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info