Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 83

Judgement Details


Date
15/02/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
VINCENT CACHIA vs CARMELO CACHIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 535,2248,2223,2224,U 2226 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - KONSORZJU - LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI - TITOLU
Summary
F'kawza fejn jigi mpunjat testment ghalex dan "sar fuq zeghil u/jew qerq tal-konvenuti li approfittaw ruhhom mill-istat mentali deficjenti tat-testatur u/jew fuq pressjoni ezervitata fuq it-testatur minn hadd iehor, b'mod li l-volonta' tat-testatur kienet ghall-anqas vizzjata", din il-premessa, rettament interpretata, ghandha titqies fis-sens illi t-testatur kien fi stat mentali debboli, u mhannaf'hekk il-pretiz zeghil u qerq da parti tgal-konvenuti, u pressjoni da parti ta' hadd iehor, kellhoml-effett li huwa, minghajr ma ried, gie kostrett jaghmel id-dispozizzjonijiet testamentarji mpunjati, li fuq dan il-motiv l-attur isostni li huma nulli u ta' ebda effett minhabba nuqqas jew vizzju tal-kunsens da parti tat-testatur. U hija fuq dik il-kawzali biss li f'kawza simili tigi qeghedha tintalab id-dikjarazzjoni tan-nullita' tat-testment, u mhux anki fuq il-kawzali tal-inkapacita' assolutatat-testatur, billi din l-ahhar kawzali ma tinsabx dedotta fl-att tac-citazzjoni, u lanqas tista' tigi ritenuta kompriza jew involuta; ghax l-impunjazzjoni ta' testment minhabba inkapacita' assoluta.Ghaldaqstant l-impunjazzjoni ghandha titqies limitata ghall-motiv ta' qerq u vjolenza li mhabba fihom gie vizzjat il-kunsens tat-testatur. L-ghemil dolu jew qerq huwa motiv ta' nullita' meta l-inganni wzati jkunu tali li minghajrhom it-testatur ma kienx jaghmel id-dispozizzjonijiet testamentarji mpunjati. In kwantu ghall-vjolenza, din, biex tivvizzja l-kunsens, trid tkun tali li taghmel impressjoni fuq persuna ragjonevoli, u ggielgha tibza' li hija jew hwejjigha jigu esposti ingustament f'perikolu ta' hsaras kbira, mehudin in konsiderazzjoni l-eta', is-sess u l-kondizzjoni ta' dik il-persuna,b'mod li t-testatur ma kienx liberu li jaghzel u jaghmel dak li kien jixtieq, imma, biex jevita l-minaccja ta' dammu gravi kif fuq specifikat, jaghzel u jaghmel dak li jrid hadd iehor. Billi t-testatur jaghmel dak li xtaqet persuna ohra, u biex jikkuntentaha, ma jistax jigi rirenut li hu ghamel it-testment kontra l-volonta' tieghu u mhabba vjolenza fuqu ezercitata. Biex l-impunjativa tirnexxi, hemm bzonn jirrizulta li l-volonta' tat-testatur giet b'xi mod alterata b'qerq jew bi vjolenza, u illit-testatur ma kienx jiddisponi fit-testment kif iddispona kieku ma kienx l-izball li sab ruhu fih minhabba l-vjolenza li ngannatu. Jekk it-testatur, wara li ghamel it-testment, iddispjacieh, dan ma jfisserx li meta ghamel it-testment kien vjolentat jew ingannat, jew li l-volonta' tieghu kienet b'ximod alterata. Jekk verament it-testatur iddispjacieh, huwa kellu r-rimedju li jaghmel testment iehor; u jekk testment iehor ma ghamelx, il-volonta' liera tieghu fil-hin li ghamel it-testment ma setghetx tigi mhassra jew vizzjata b'resipixxenzi li setghu graw wara.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info