eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 41B (1957), Part No. 1, Section , Page 101
Download
Judgement Details
Date
15/02/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CARMELA BUSUTTIL vs GEORGE MICALLEF
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
ART. 1088 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - PRESKRIZZJONI
Summary
Persuna li sofriet lezjonijiet personali mhabba l-ghemil ta' hadd iehor ghandha d-drit li tagixxi ghad-danni kontra d-danneggjant avvolja tkun ghadha ma hallsetx l-ispejjez kollha li kellha taghmel minhabba dawk il-lezjonijiet; u ghalhekk id-danneggjant, konvenut biex ihallas dawk l-ispejjez, ma jistghax jopponi ruhu ghal xi uhud mill-partiti ta' dawk l-ispejjez fuq il-motiv li dawk il-partiti ghadhom mhumiex imhallsa. Ghax quddiem il-kredituri d-danneggjat jibqa' dejjem responsabbli ghall-hlastaghhom; u mhix accettabbli l-ipotesi li d-danneggjant li agixxa ghall-ispejjez joqghod jistenna sakemm effettivament ihallas dawk il-partit li ghadu ma hallasx, u mbghad jaghmel kawza ohra. Lanqasma hija ammissibbli t-talba tad-danneggjant biex jigi awtorizzat li jitratta huwa stess mal-krediturii tad-danneggjat dwar dawk l-ispejjez, fuq ir-rifless li huwa jkun jista' talvolta jopponi l-preskrizzjoni lil dawk il-kredituri jekk il-hlas tal-ispejjez lilhom dovut jigi affidat lilu; ghax il-preskrizzjoni hija anki kwistjoni ta' kuxjenza individwali, tant li hemm ir-rimedju tal-gurament, u mhuxsewwa li d-danneggjat jitqieghed fil-pozizzjoni li qiesu jirripudja, talvolta konta l-kuxjenza tieghu, sija pure per mezz tad-danneggjant, debitu li hu koxjenzjozament irid ihallas. Il-ligi ma taghtix indenniz ghall-inkapacita' "ut sic", imma ghall-inkapacita' in kwantu din tirrifletti telf ta' qliegh. Jekk il-persuna inkapacitata ma kienetx taghmel xoghol ta' qliegh, imma kienet biss takkudixxi ghall-faccendi tad-dar li minhabba l-inkapacita' ma tistax tkompli taqdi minghajr l-assistenza ta'hadd iehor, l-ispejjez li hija taghmel biex tipprokura dik l-assistenza jirrapprezentaw telf ta' qliegh, imma kienet biss takkudixxi ghall-faccendi tad-dar li minhabba l-inkapacita' ma tistax tkomplitaqdi minghajr l-assistenza ta' hadd iehor, l-ispejjez li hija taghmel biex tipprokura dik l-assistenza jirrapprezentaw telf ta' qliegh, u ghalhekk huma rimborzabbli lilha mid-danneggjant.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It