Reference: Volume 35C (1951), Part No. 4, Section , Page 747

Judgement Details


Date
20/07/1951
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
HENRIETTE MIFSUD BONNICI vs MAURICE MIFSUD BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 431, 425 U 394 TAL-KODICI KRIMINALI - NULLITA' - PROVOKAZZJONI - SENTENZA
Summary
Huwa veru li, skond gurisprudenza kostanti, l-appell huwa null jekk ir-rikors ma jkunx fih l-elementi rikjesti mill-ligi, jigifieri l-fatti tal-kawza fil-qosor, ir-ragunijiet ta' l-appell, u t-talba ghat-thassir jew tibdil tas-sentenza appellata. Anzi, jekk l-appellat ma jissollevax l-eccezzjoni tan-nullita' tar-rikors ta' l-appell meta dan ikun nieqes minn xi wiehed minn dawn l-elementi, il-Qorti ghandha tissolleva din l-eccezzjoni hija stess "ex officio". Imma b'dana kollu, jekk ir-rikors ikun fih l-elementi l-ohrajn, imma, minflok it-talba ghat-thassir jew tibdil tas-sentenza, ikun fih talba ghall-annullament tas-sentenza, il-vot tal-ligi huwa soddisfatt, u r-rikors ma hux null. Il-kwerelant jista' jappella meta l-Magistrat ikun ghamel interpretazzjoni hazina jew kostruzzjoni hazinatal-ligi fl-applikazzjoni taghha ghall-fatti kif gew pruvati; u ghalhekk jekk il-Magistrat ikun illibera l-kwerelat minhabba li rrizultat provokazzjoni da parti tal-kwerelant, dan jista' jappella minndik is-sentenza. Il-fatt li sentenza liberatorja ma jkunx fiha l-artikolu tal-ligi li jkkontemplair-reat ma hux motiv ta' nullita' tas-sentenza; ghax ic-citazzjoni ta' l-artikolu tal-ligi li jikkontempla ir-reat ma hux motiv ta' nullita' tas-sentenza; ghax ic-citazzjoni ta' l-artikolu tal-ligi lijikkontempla r-reat hija mehtiega meta s-sentenza tkun kontra l-imputat, u mhux meta tkun favur tieghu u lliberata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info