Referenza: Volum 35C (1951), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 649

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/1951
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
MICHELE SAMMUT vs JAMES BONNICI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Meta kreditu jinsab kamonizzat b'sentenza tal-Qorti tal-Kummerc li ghaddiet f'gudikat, ma hix aktarsollevabili l-eccezzjoni li l-kreditu hekk kanonizzat mhux kummercjali; u dan minhabba l-ostaskolu tan-"non bis in idem". U dan avvolja fil-kawza fejn gie kanonizzat dak il-kreditu l-koncenut debiturkien kontumaci. Lanqas jista' jigi obbjettat li f'dik il-kawza l-pont dwaqr ix-xorta tal-kreditur magiex sollevat, u wisq anqas deciz bis-sentenza; gthax il-gudikat jassorbixxi kull eccezzjoni li, inmeritu ghall-azzjoni stess. U meta hemm il-gudikat mhumiex ammissibili eccezzjonijiet godda li jkollhom bhala effett li jiddistruggu jew jirrestringu l-effett tal-gudikat. Ghad li l-attur ma jinvokaxespressament in-"non bis in idem", il-Qorti tista' tezamina u tiddecidi dwar dak l-ostakolu; ghax bil-fatt biss li l-attur fic-citazzjoni jaghmel riferenza, bhala bazi ta' l-istanza ghal sentenza lighaddiet f'gudikat, jimponi fuq il-gudikant l-obligu li jezamina l-ostakolu tan-"non bis in idem". Ghaldaqstant, id-debitur li gie kundannat ihallas kreditu b'sentenza tasl-Qorti tal-Kummerc li ghaddiet f'gudikat, ma jistax, f'kawza li ssirlu wara ghall-arrest personali tieghu b-ezekuzzjoni ta'dik is-sentenza, jeccepixxi li l-kreditur ta' l-attur mhux kummercjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni