Reference: Volume 35C (1951), Part No. 3, Section , Page 624

Judgement Details


Date
14/06/1951
Court
OF COMMERCE
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
GIOVANNI ANASTASI NE. vs KAPTAN SERAFINO XUEREB M.B.E.ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"MINUTE BOOK" - "ORDINE DEL GIORNO" - "QUORUM" - AGENDA - AMMINISTRAZZJONI - ART. 1763, 1741 1965 U 1978,TAL-KODICI CIVILI, U ART.127 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BOARD TAD-DIRETTURI - DANNI - MANDAT - MINUTI - SEDUTA - SOCJETA` ANONIMA
Summary
Billi l-Ligi Maltija f'materja ta' socjetajiet kummercjali ghadha ferm monka, il-gudikant ikollu jirrikorri ghall-principji regolaturi ta' pajjizi ohra, partikolarment ghal dawk cigenti fis-sistema ingliz. Fil-kaz ta' socjeta' anonima ghandha ssir distinzjoni bejn laqgha ta' l-azzjonisti u laqgha tal-Board tad-Diretturi; fis-sens illi meta xi tratta ta' laqgha tas-socji hemm bzonn, biex tkun valida, partikolarment jekk ikun hemm xi materja specjali biex tigi diskussa, li tigi ndikata x-xorta ta'l-agenda, mentri meta si tratta ta' laqgha tad-Diretturi, ammenokke' fl-"articles of association" ma jinghadx diversament, ma hemmx bzonn tigi specifikata fl-agenda tas-seduta l-materja li tkun ser tigi diskussa. Ghaldaqstant ma jidherx li laqgha tal-Board tad-Diretturi ghandha tigi rifenuta invalidu billi l-avviz tas-seduta ma jkunx fih dak li jkun ser jigi diskuss. Lanqas ma tista' tigi dikjarata invalida seduta tal-Board tad-Diretturi fuq il-motiv li l-minuti tas-seduta ma jkunux gew iffirmati, jew ghax ma jkunx hemm il-"minute book". Mill-banda l-ohra,id-diretturi huma semplici amministraturi tas-socjeta', u bhala tali, jekk ma jkunx hemm ftehim xort'ohra, huma jistghu jaghmlu fl-isem tas-socjeta' atti ta' amministrazzjoni biss. Fost dawn l-atti ma jidholx dak ta' xoljiment tas-socjeta', li jikkompeti biss lill-azzjonisti; u ghalhekk decizzjoni tal-Board tad-Diretturi fis-sens li tigi xjolta s-socjeta' hija invalida. Hija invalida wkoll seduta tal-Board tad-Diretturi jekk xi wiehed minnhom ikun ha parti fiha per mezz ta' delegat jew mandatarju tieghu, meta dak id-direttur ma kellux il-fakolta' li jiddelega lil hadd iehor minfloku fil-karika ta' direttur; ghax fil-waqt li l-azzjonista jista' jigi rapprezentat minn mandatarju, id-direttur ma jistax jigi hekk rapprezentat, jekkma kellux il-fakolta' li jiddelega lil hadd iehor minfloku. Jekk fl-att kostitutiv tas-socjeta' majinghadx kemm ghandu jkun il-"quorum" f'seduta tal-Board tad-Diretturi, il-principju accettat fil-ligi ingliza huwa illi l-"quorum" ghandu jkun kompost minn dawk li soltu jagixxu ghas-socjeta'. Meta ma hemm ebda pratika precedenti li tiffissa "impliciter" dan il-"quorum", il-Board tad-Diretturi, biex jagixxi regolarment, ghandu bzonn jagixxi bid-Diretturi kollha. Diversament id-dicizjoni tal-Boardtkun ukoll invalida. Hija wkoll invalida decizjoni tal-Board tad-Diretturi jekk, meta d-diretturi ma jkunux qeghdin jiltaqghu f'intervalli minnhom precedentement stabbiliti, il-laqgha li fiha ttiehdet dik id-dicizjoni, tkun giet avzata minghajr pre-avviz ragjonevoli jew urgenza kbira huwa remess ghall-gudizzju tal-Qorti.Fil-kaz prezenti l-Qorti ddikjarat illegali decizjoni tal-Board tad-Diretturili kienu ddeliberaw ix-xoljiment tas-socjeta'; u fuq domanda ta' l-attur biex il-Qorti pprovdiet billi ddikjarat li ghandu jigi ristaqbbilit li "status quo ante", salvo li tittiehed validament decizjoni diversa f'assemblea regolarment kovokata ta' l-azzjonisti. Il-Qorti ppronunzjat ukoll deklaratorja generika tad-danni kontra d-diretturi li kienu hadu dik id-decizjoni illegali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info