Referenza: Volum 35C (1951), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 607

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/06/1951
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
SPIZJAR GEORGE MALLIA vs JOSEPH AZZOPARDI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Billi ssir modifikazzjoni fi ftehim, ma tavverax ruhha novazzjoni bejn il-partijiet, jekk ma kienx hemm l-intenzjoni li ssir obligazzjoni gdida in sostituzzjoni ghall-antika, li tigi mill-partjiet kancellata. L-impjegat ghandu jitqies bhala tali, ghall-finijiet tal-ligi, avvolj jkun professjonista;u ghalhekk anki ghall-professjonista hija applikabbili d-dispozizzjoni tal-ligi li tintitola lill-impjegat ghal nofs il-hlas ghall-bqija taz-zmien li jkun baqa` miz-zmien miftiehem, meta l-impjegat jigi licenzjat bla raguni tajba qabel dak iz-zmien. Ir-raguni tajba ghal licenzjament qabel iz-zmienghandha tigi pruvata mill-padrun lijallegaha. Il-motiv tal-licenzjament, imbaghad, irid abitwali jew ta` certa gravita`. Il-klawsola penali ma hix applikabili hlief fil-kaz ta` inadempjenza ta` l-obligazzjoni principali; u ghahekk, jekk l-impjegat jigi licenzjat ghal xi raguni li ma hix kontemplata fil-ftehim li ghalih hija accessorja, il-klawsola penali ma ssehhx; b'mod li l-padrun ma jistax jippretendi li jhallas lill-impjegat licenzjat l-ammont tal-penali minflok in-nofs tas-salarju ghall-bqija taz-zmien miftiehem.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni