Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section , Page 198

Judgement Details


Date
11/04/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
CHARLES GRIXTI vs SALVINO SCHEMBRI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 59 (1) U 235 TAL-KODICI TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - GUDIKAT - NULLITA' - REGISTRAZZJONI TAS-SENTENZA - SENTENZA - TRASFUZJONI TAL-GUDIZZJU - ZBALL FL-ISEM TAL-PARTIJIET
Summary
Wiehed mill-elementi mehtiega ghall-gudikat hu l-identita' tal-persuni li kienu parti fil-kawza ta'qabel u li huma parti fil-kawza ta' wara; u n-nuqqas ta' dan l-element hu bizzejjed biex jeskludi l-guditat. Jekk is-sentenza precedenti, invokata bhala gudikat, giet moghtija u registrata f'ismijietdiversi minn dawk li jidhru fil-kawza l-gdida, ma tistghax dik is-sentenza tigi nvokata bhala gudikat fil-kawza ta' wara, ghax ma jistghax jinghad li dik is-sentenza hija bejn l-istess partijiet, avvolja jkun jittratta minn semplici zball zghir tal-pinna li ma jistghax johloq ebda ekwivoku. Il-Qortima tista' taghmel xejn fil-kawza li ssir wara biex tnehhi dak l-izball, u ma tisghax hlief inezorabbilment thares lejn is-sentenza precedenti kif tinsab registrata, bl-izball b'kollox. Kik ir-registrazzjoni hija l-unika prova awtentika tas-sentenza, li ma jkunx gie, jew ma jistghax jigi korrett bil-mezz li toffri l-ligi, jinduci n-nullita' taghha. Jista' jinghad li dik is-sentenza ghandha titqiesli hi fis-sehh sakemm ma tigix annullata; izda naturalment issehh fl-ismijiet tal-persuni li jidhrufiha; u jibqa' ghalhekk li ma tikkostitwix gudikat ostattiv gfhall-kawza li ssir wara li fiha jidhru partijiet diversi minn dawk li jidhru fis-sentenza ta' qabel. Jekk fil-kawza li ssir wara tkun parti xi persuna li ma kienetx parti fil-kawza ta' qabel, fejn giet moghtija s-sentenza bl-izball, dikil-persua ma tistghax tallega li hi mhix pregudikata bl-izball li ttiehed u tinvoka l-gudikat fil-kawza sussegwenti; ghax hi ma kienetx parti fil-gudizzju precedenti, u hu principju f'din il-materja illi min ma kienx parti fil-gudizzju, u lanqas kien fih legittimament rapprezentant legittimu tieghuma jistghax jibbenefika minn sentenza bhala "resjudicata". Ghaldaqstant, jekk imut l-attur f'kawza,u ssir it-trasfuzjoni tal-fudizzju favur uhud mill-eredi tieghu b'ismijiet zbaljati, u s-sentenza tinghata favur dawk il-persuni hekk indikati hazin, dik is-sentenza lanqas ma tista' tigi nvokata bhala gudikat, f'kawza li ssir wara, minn wahda mill-eredi tal-attur fil-kawza l-ohra li ma kienetx parti f'dik il-kawza ghax ma gietx inkluza fil-procedura tat-trasfuzjoni tal-gudizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info