Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section , Page 126

Judgement Details


Date
17/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED
Parties
ALICE CASSAR TORREGGIANI vs ALBERT R. MANCHE'
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATTI "JURE IMPERII" - PASSAGG PUBLIKU - PROVA - SERVITU' - TRIEQ
Summary
Skond il-ligi, il-qerq, "dolus", huwa vizzju tal-kunsens; u meta jigi pruvat, jaghti lok ghall-annullament tal-kuntratt. L-ghemil doluz huwa motiv ta' nullita' tal-ftehim, meta l-inganni maghmulin minwahda mill-partijiet ikunu tali illi minghajrhom il-parti l-ohra ma kienetx tikkuntratta. U ghalhekk jehtieg illi l-inganni jkunu l-kawza determinanti li tat lok ghall-ftehim li ghaqqad in-negozju. Certament, ghal dan l-iskop l-inganni jridu jkunu ta' natura li jistghu jaghmlu impressjoni fuq bniedem sensat, u tali li jeccedu l-limiti tal-furberija tollerata fin-negozju; ghalhekk wiehed ma jistghax, fil-konsiderazzjoni taghhom, jipprexxindi mill-kondizzjoni personali tal-partijiet; u fil-valutazzjoni taghhom huwa mehtieg li wiehed jara c-cirkustanzi kollha li fihom gie konkjuz in-negozju. Mill-banda l-ohra, askemm ma jkunx dolo fil-veru sens, jew frode, is-semplici tifhir tal-oggett u l-ezagerazzjoni tal-valur intrinseku tieghu, wehedhom, ordinarjament mhumiex hlief is-solita xorta ta' inkoraggiment li fin-negozju huwa tollerat bhala "dolus bonus", biex dak li jkun jkompli jsahhah il-volonta' tal-parti l-ohra biex tikkonkludi l-ftehim.Trattandosi ta' bejgh ta' oggett sekonda man, il-fatt li l-venditur jghid lix-xerrej li l-oggett kien swielu fil-fatt, u li dak l-oggett sar jiswa aktar, bhala gdid, milli fil-fatt kien jiswa, huwa certament ingann; imma dan l-ingann wahdu ma hux bizzejjaed biex igib l-annullament tal-bejgh. Jekk, pero', ma' dan l-ingann jizdied iehor, konsistentifilli l-venditur jghid lix-xerrej li huwa kien xtara l-oggett tal-bejgh bhala sekonda man, meta kienilu juzah ghal dak iz-zmien kollu, allura l-ingann huwa tali li jillegittima r-rizoluzzjoni tal-bejgh minhabba qerq tal-parti l-ohra u vizzju tal-kunsens tal-parti li akkwistat l-oggett. Huwa veru lil-kumpratur seta' jaghmel l-indaginijiet opportuni biex jitkixxef jekk dak li qallu l-venditur fuqil-prezz u l-eta' tal-oggett kienx minnu; imma jekk ic-cirkustanzi huma tali li xc-xerrej ma kelluxragunijiet biex jiddubita mill-assikurazzjonijiet tal-venditur, l-ingann jibqa' li kien il-kawza determinanti tal-bejgh, u kwindi huwa motiv ta' annullament tal-bejgh ta' dak l-oggett.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info