Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 43

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/02/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
VINCENZO GRECH ET. vs GRAZIA BRIFFA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 447 U 448(1) TAL-KODICI CIVILI - AZZJONI - HAJT DIVIZORJU - KONSORZJU
Fil-Qosor
Il-Qorti ghandha d-dritt u l-obligu li tara liema hija verament l-azzjoni li jkun qieghed jezercital-attur; u x-xorta tal-azzjoni ezercitata hija determinata mit-termini tal-att promotorju taghha; ul-azzjoni esperita ma tistghax fil-kors tal-procediment titbiddel f'azzjoni ohra. Il-Qorti, fil-ghoti tas-sentenza, hija strettament marbuta bit-termini tac-citazzjoni li jistitwixxi l-atturi u ma tistghax tohrog il-barar jew tmur aktar il-boghod minnhom. Ghalhekk hu ovvjament mehtieg li l-Qortitiddefinixxi liema azzjoni jkun intenta l-attur. Jekk l-azzjoni esperita ma tinsabx sostnuta mir-rizultanzi processwali, il-Qorti ma tistghax hlief tichadha, u ma tistghax fuq l-istess atti, taqa' fuq xi azzjoni ohra diversa li l-attur ikun jista' talvolta ghandu; imma tista' biss izzommlu rizerva.Il-hitan li jservu biex jiddividu btiehi, gonna jew ghelieqi, fin-nuqqas ta' sinjali jew proci ohra li juru l-kuntrarju, huma prezunti komuni; u ghar-riparazzjoni jew rikostruzzjoni ta' hajt komunihuma tenuti jikkontribwixxu dawk kollha li jkollhom dritt fuqu u kull wiehed skond id-dritt tieghu.Din id-dispozizzjoni tal-ligi tirrigwarda l-proprjeta' kostitwita, li tirrikjedi ghall-fini tal-kontribut in-necessita' tal-istess riparazzjoni jew rikostruzzjoni; ghaliex inklele' ma jkunx hemm lokghall-applikazzjoni taghha. Sabiex jigu ntrapprizi dawn ix-xogholijiet ta' riparazzjoni jew rikostruzzjoni jehtieg il-kunsens tal-komproprjetarji kollha, jew l-awtorizzazzjoni tal-Qorti, fil-kaz li ma jkunx hemm dan il-kunsens, prevja l-konstatazzjoni tan-necessita' tal-istess xogholijiet; ghalkemmhemm diversita' ta' opinjoni fost l-awturi, billi uhud jirritjenu illi ma hux mehtieg il-kunsens tal-kondominu biex jigu ntrapprizi dawn ix-xogholijiet. Jekk, mbaghad, it-talba ghar-rifuzjoni minn ghand il-kondominu ghall-kontribuzzjoni ta' parti mill-ispiza erogata fir-riparazzjoni jew rikostruzzjoni tal-hajt tkun motivata fuq li l-hajt kien fi stat hazin u kellu bzonn jigi riparat jew rikostruwit, ma jistghux fuq l-istess citazzjoni jigu kunsidrati l-motiv li l-hajt ma kienx tal-gholi legaliu motivi ohra diversi minn dak tal-vetusta' jew stat hazin tal-hajt.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni