Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 15

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ANTHONY SAID vs JOSEPH FOUNTAIN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"LAST OPPORTUNITY" - "PEDESTRIAN" - "RES IPSA LOQUITUR" - DANNI - NEGLIGENZA - PROVA - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Huwa veru li l-htija ghandha tigi pruvata, izda jinghataw kazi fejn il-fatti dannuzi juru l-improntatal-htija; b'mod li min ikun ipprova dawn il-fatti ghandu jiftiehem li jipprova anki l-htija, u allura jkun dmir ta` min ikun kagun ta` dawk il-fatti li jipprova li hu ma kellux htija filli gara. Dinhija t-teorija tar-"Res Ipsa Loquitur". F'materja ta` danni kagunati f'incident tat-traffiku, xejnma jiswa, biex jezenta minn kull responsabilita` lill-awtur tad-danni, i-fatt li l-attur li jfittexid-danni kien kontravventur meta gie nvestit minn karrozza, u li l-kontravventur meta gie nvestit minn karrozza, u li l-kontravventur ma jimmeritahx 'il-protezzjoni tal-ligi; ghaliex hu prinicpju ormaj pacifiku fil-ligi li minikun qieghed isuq karrozza ghandu juza l-mezzi kollha biex jigu evitati l-konsegwenzi tan-nuqqas ta` haddiehor; ujekk ma juzax dawn il-mezzi, huwa jkun legalment responsabbli avvolja hu jkun qieghed josserva rigorzament ir-regolamenti. L-enunzjazzjoni generali tal-principju tar-"Res Ipsa Loquitur" ma toffrix diffikulta`; izda ma hux facli li jigu senjati l-veri limiti ta` din id-dottrina. Ujekk fil-kaz partikulari ma jkunx hemm "prima facie" cirkustanzi sufficjenti biex wiehed jista` japplika din id-dottrina, ma jistghax jinghad "sic et semplictier" li t-talba tal-attur ghad-danni tirnexxi biss gahx il-konvenut ma ghamel ebda prova lit iskagunah; u allura l-piz tal-prova jibqa` fuq l-attur, fis-sens illi hu ghandu jipprova likien hemm htija da parti tal-konvenut. Mhix negligenza, "per se", li wiehed jimxi fuq il-karreggjata biex jaqsam it-triq, imma min jaqsam ghandu juza grad akbar ta` prudenza minn min ikun fuq il-bankina. Imma anki jekk l-attur danneggjat kien inizjalment negligenti, il-konvenut danneggjat jibqa` responsabbli bis-sahha tat-teorija tal-"Last Opportunity", ta` spiss applikata mill-Qrati Taghna, jekk hu seta` jevita l-investiment tal-attur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni