Reference: Volume 42A (1958), Part No. 1, Section 1, Page 172

Judgement Details


Date
28/03/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED
Parties
WISQ REVERENDU KANONIKU DON EMMANUELE FARRUGIA vs ONOR. JOSEPH ELLUL MERCER NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2 U 8 TAL-ATT II TAL-1949 - GNIEN - REKWIZIZZJONI
Summary
Skond il-Housing Act, il-kelma "bini" tfisser djar u bini, partijiet ta' djar u bini, partijiet ta'djar u bini, u artijiet u gonna li jiffurmaw parti minn dar jew huma maghluqin maghha. U skond l-istess Att, meta s-sid jigi nterpellant b'ittra ufficjali biex jirrikonoxxi bhala inkwilin lill-persuna li lilha jkun gie allokat il-fond rekwizizzjonat, huwa obligat jirrikorri lill-Qorti biex jigi awtorizzat ma joqghodx ghar-rekwizizzjoni, u l-Qorti ma tistghax taghtieh din l-awtorizzazzjoni jekk huwa ma jippruvax ghas-sodifazzjoni taghha illi, jekk huwa joqghod ghal dik ir-rekwizizzjoni, isofri konsegwenzi horox. Imma fl-istess hin il-ligi tghid illi ma ghandux jitqies bhala konsegwenza harxal-fatt illi s-sid ikun irid il-fond rekwizizzjonat ghalieh jew ghall-uzu ta' xi hadd mill-familja tieghu. Bil-kelma "uzu" ma ghandux wiehed jifhem necessarjament abitazzjoni ghax il-ligi ma taghmelxdistinzjoni ghal liema uzu r-rekwizizzjonal ikun jrid jiehu pussess tal-bini. U ghalhekk, anki jekksi tratta minn gnien li jifforma parti mid-dar rekwizizzjonata, il-fatt li s-sid iridu ghall-uzu tieghu biex jibni fuqu u jizviluppah fil-bini ma jiswa xejn, u xorta wahda ghandu jitqies bhala uzu tas-sid. Lanqas jista' r-rekwizizzjonat, f'kaz ta' dar bil-gnien maghha, jitlob li ma jirrikonoxxix lill-inkwilin dezinjat mill-Housing Department ghall-gnien biss, u li jigi awtorizzat jiehu taht idejh il-gnien biss; ghax xejn ma hemm fil-ligi li juri li wiehed jista' jiddistingwi parti minn ohra tal-fond rekwizizzjonat; u d-dar tikkomprendi l-gnien. Id-dbatija ta' konsegwenzi koroh ghas-sid ghanda tigi kunsidrata biss in relazzjoni ghall-persuna li ghandha tigi rikonoxxuta bhala kerrej; u ma tistghax tigi kunsidrata l-privazzjoni tal-post, jew ta' xi parti minnu. U jekk il-persuna li lilhajkun gie allokat il-post tkun ta' hila li tuza l-post sewwa bhala missier tajjeb ta' familja, u li tezegwixxi l-obligazzjonijiet i ghandhom jigu ezegwiti minn kerrej, is-sid, in massima, meta jigi mitlub biex jirrikonoxxi bhala inkwilin persuna simili, ma jistghax imur kontra dik it-talba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info