Referenza: Volum 42A (1958), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 264

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/05/1958
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
EMMANUELE VELLA vs ANTONIA ELLUL
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ALTERNATIVE ACCOMMODATION" - "HARDSHIP" - APPELL - BOARD TAL-KERA - FAMILJA - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Il-fatt illi l-Board tal-Kera, meta ghamel il-valutazzjoni tas-"suitability" ta' post offert lill-inkwilin bhala "alternative accomodation", ma nkludiex certi nies li joqghodu fil-post li tieghu tintalab ir-ripreza ta' pussess, jinvolvi punt ta' ligi li jirrendi dik is-sentenza appellabbli; Ir-ragunament tal-Board fis-sens illi l-fatt li l-inkwilin izomm mieghu lill-bintu ma' zewgha, meta din tizzewweg, ma ghandux jippregudika lill-lokatur b'mod li jsir wisq difficli ghalieh li jirriprendi pussess tal-fond ghall-bzonnijiet tieghu, u li ghalhekk, meta jitqies l-"extent" tal-"alternative accomodation" offerta ma ghandhomx jitqiesu dik il-bint u zewgha, mhuwiex accettabbli. Jekk dawn ikunu ilhom li zzewgu, u minn dejjem ghexu mal-inkwilin, huma ghandhom, ghall-finijiet tal-"extent" tal-"alternative accommodation", jigu kunsidrati bhala formanti parti mill-familja tal-inkwilin, u ma ghandhomx jigu eskluzi fil-konsiderazzjoni tal-"extent" tal-fond offert bhala "alternative accomodation".Meta l-Qorti tal-Appell ma taqbelx mal-punt ta' ligi kif prospettat u applikat mill-Board tal-Kera,ikun il-kaz li l-Qorti tal-Appell tirrivedi l-meritu tal-kawza, anki ghal dak li hu l-apprezzamentta' fatt maghmul mill-Board. Jekk il-Qorti tasal ghall-konkluzjoni li l-"alternative accomodation"offerta hija "suitable", mhux il-kaz li jsir ebda paragun tal-"hardship".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni