Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section 1, Page 759

Judgement Details


Date
11/10/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, GOUDER TANCRED, CAMILLERI LUIGI A.
Parties
IL-MAESTA' TAGHHA R-REGINA vs MARIANNA ATTARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 401 TAL-KODICI KRIMINALI - ATT TA' L-AKKUZA - CITAZZJONI - KOMPETENZA - KORREZZJONI - NULLITA' - QORTI TA' KRIMINALI GUDIKATURA U QORTI TA' KRIMINALI ISTRUZZJONI
Summary
Meta c-citazzjoni origanarju mahruga kontra l-imputat tirrakkjudi imputazzjoni ta' reat anqas gravi,ma tistax dik l-imputazzjoni, non ostante li fil-kors ta' l-indagni processwali tirrizulta htija aktar gravi, titbiddel f'akkuza ohra izjed gravi minn dik originarjament dedotta; u ghalhekk il-Qortital-Magistrati ta' Gudikatura Kriminali, li quddiemha tkun ingiebet il-kawza fuq l-imputazzjoni anqas gravi, ma tistax, billi r-reat jirrizulta mhux ta' kompetenza taghha, tissospendi dik il-kawza biex tinfetah kumpilazzjoni dwar ir-reat aktar gravi li jkun irrizulta. Ghaliex l-artikolu rilevanti tal-Kodici Kriminali ghandu jigi nterpretat fis-sens li l-Qorti tal-Magistrati tista' minn Qorti ta'Gudikatura tikkonverti ruhha f'Qorti Istruttorja meta l-fatt "imputat", u mhux il-fatt "rizultat",ikun ta' kompetenza eccedenti dik taghha bhala Qorti ta' Kriminali Gudikatura; u huwa kanone ta' gustizzja kriminali li hadd ma jista' jigi punit ghal reat izjed gravi minn dak li ghhalih gie akkuzat dritt kwezit li ma jistax jigi ritenut hati ta' reat aktar gravi, jigifieri ta' kompetenza tal-Qorti Kriminali. Xejn ma jiswa li c-citazzjoni quddiem il-Qorti tal-magistrat tista' tigi varjata, billi fil-gudizzju sommarju quddiem dik il-Qorti jistghu jsiru xi korrezzjonijiet fic-citazzjoni ghax din hija semplici ordni ta' komparizjoni, u l-enuncjazzjoni tal-fattijiet fiha kontenuta ma tikkostitwixxix il-bazi essenzjali u assoluta ta' l-inkriminazzjoni; ghax dan il-principju ghandu jigi limitat ghall-kazi meta r-reat divers rizultat jibqa' dejjem ta' kompetenza tal-Qrati tal-Magistrati bhalaQorti ta' Kriminali Gudikatura, u ma jistax jigi estiz fis-sens li jawtorizzaw lill-Qorti ta' Kriminali Gudikatura, u ma jistax jigi estiz fis-sens li jawtorizzaw lill-Qorti tikkonverti ruhha f'Qortita' Istruzzjoni fuq akkuza izjed gravi. Il-fatt li l-Qorti tal-=Magistrati tittrasforma ruhha f'Qorti Istruttorja fuq il-fatt "rizultat", minflok fuq il-fatt "dedott" biss jikkostitwixxi alterazzjoni ta' l-akkuza bi pregudizzju tad-dritt kwezit ta' l-imputat, li gie favur tieghu bl-akkuza kif originarjament dedotta. Ghaldaqstant, att ta' l-akkuza li jigi prezentat in segwitu ghat-trasformazzjoni tal-Qorti ta' Gudikatura Kriminali f'Qorti ta' Kriminali Istruttorja f'cirkustanzi simili, huwa null.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info