Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section 1, Page 764

Judgement Details


Date
29/10/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., GOUDER TANCRED, HARDING WILLIAM
Parties
IL-MAESTA' TAGHHA R-REGINA vs GIUSEPPA BEZZINA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 195 (1) U 187 TAL-KODICI KRIMINALI - ATT TA` AKKUZA - FALZ DOKUMENTALI - NULLITA' - PERSONIFIKAZZJONI
Summary
Il-kwistjoni ta' dritt involuta f'eccezzjoni ta' nullita' ta' l-att ta' l-akkuza ghandha titqies inbazi ghall-fattijiet kif jidhru allegati fil-kapijiet ta' l-att ta' l-akkuza li huma milqutin bl-eccezzjoni, indipendement mill-apprezzament taghhom skond il-provi. Il-falz dokumentali jista' jestrinseka ruhu fil-falz personali, cjoe' suppozizzjoni ta' persuna, meta l-immutazzjoni tal-veru taqa' fuq l-"essere" tal-persuna stess; u ghalhekk, min jippersonifika lil haddiehor fi skrittura huwa hatita' falz dokumentali. Xejn ma jinfluwixxi fuq l-aspett guridiku l-fatt li min jaghmel dik il-personifikazzjoni ma jkunx iffirma l-iskrittura huwa stess, jekk ikun inkarika lil haddiehor jiffirmaha ghalih. U hemm dak il-falz dokumentali mhux biss meta r-reat ikun jivverti fuq dokument publiku, immaanki meta jkun jivverti fuq id-dokument privat. Ghalhekk l-eccezzjoni li l-att ta' l-akkuza huwa null ghax il-persuna akkuzata fuq il-falz dokumentali ma ffirmatx l-iskrittura li fiha personifikat persuna ohra, u ghaliex l-iskrittura hija dokument privat, u mhux dokument publiku, ma hix accettabbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info