Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section 2, Page 788

Judgement Details


Date
30/01/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs TONI XUEREB
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Summary
L-imputat li jigi misjub hati ta' reat u jigi liberat taht il-provvedimenti ta' l-art. 20 tal-KodiciKriminali, jekk jikkommetti reat iehor fi zmien tal-preskrizzjoni tar-reat ta' qabel, huwa suggettghall-piena preskritta mill-ligi ghat-tieni reat, u l-Qorti tista' ukoll taghtik piena ohra ghar-reat, ta' qabel. Ghalkemm il-ligi tghid li l-Qorti "tista' taghtieh piena ohra ghar-reat ta' qabel, din il-lokuzzjoni tal-ligi ma tfisserx semplici fakolta' tal-Qorti li taghti dik il-piena ulterjuri imma ghandha tigi nterpretata fis-sens li timporta "obligu"; b'mod li meta l-Qorti tkun soddisfatta likien hemm dikjarazzjoni ta' reita' precedenti, u li l-imputat assuma l-obligazzjoni preskritta mill-art. 23 li gie lilu applikat, u li l-imputat li ngieb quddiemha hu dak istess li assuma l-obligazzjoni, u li dan ir-reat l-iehor gie kommess fiz-zmien imsemmi mill-ligi, il-Qorti "ghandha" tghaddi ghall-applikazzjoni tal-piena kongruwa ghall-ewwel reat. Imma l-piena ghall-ewwel reat ghandha tigi applikata fl-istess kawza fejn l-imputat jigi misjub hati tat-tieni reat, u mhux lecitu li tintalab dik il-kundanna f'kawza ohra sussegwenti. U ghalhekk jekk il-Qorti li tikkundanna l-imputat ghat-tieni reat ma gietx mitluba biex tapplika l-piena ghall-ewwel reat, u ma tkunx applikatha, ma tistax issir wara kawza ohra biex fiha jsir dak li ma sarx allura, jigifieri biex tinghata biss il-kundanna ghall-ewwel reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info