Referenza: Volum 38C (1954), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 864

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/06/1954
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs NERIKU AZZOPARDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 63, SUBART. (1), INCIZ (A) U (F) TAL-KAP. 163 - KORRUZZJONI KONTRA L-LIGI ELETTORALI - PERSONIFIKAZZJONI TA' ELETTUR
Fil-Qosor
Fost il-kazi fejn il-ligi taghti lill-Attorney General appell minn sentenzi tal-Qorti Kriminali tal-Magistrati, hemm dak fejn is-sentenza appellata jkun fiha enuncjazzjoni skorretta ta' l-ipotesi tal-ligi. Meta l-Magistrat jikkunsidra r-reat ta' min, b'qerq, iqieghed f'kaxxa tal-votazzjoni polza tal-volazzjoni f'isem persuna ohra, li ma kienetx polzaq tal-votazzjoni li kien awtorizzat bil-ligi lijitfa gewwa dik il-kaxxa, u jikkunsidra dan ir-reat taht l-inciz (f) tas-subartikolu (1) ta' l-art.63 tal-Ligi Elettorali, u jghid li ghal dak ir-reat hija mehtiega l-falsifikazzjoni u x-xjenza tal-falsifikazzjoni, allura hemm enuncjazzjoni ta' l-ipotesi tal-ligi, li, jekk skorretta, taghti lok ghall-appell lill-Prosekuzzjoni. Imma jekk il-Magistrat, bi zball, minflok li jikkunsidra dak ir-reatiehor mhux dedott, u msemmi f'inciz iehor ta' l-istess subartikolu, ma jistax jinghad li hemm enuncjazzjoni hazina ta' l-ipotesi tal-ligi ghar-reat taht l-inciz (f); ghax il-Magistrat ma jkunx semmadak ir-reat, imma jkun mar fuq reat iehor. Vwoldiri, illi fuq ir-reat dedott kontra l-imputat ma hemmx ebda enuncjazzjoni ta' l-ipotesi tal-ligi, la korretta u lanqas skorretta, ghax dak ir-reat ma ssemmiex, u dik l-enuncjazjoni hija ta' reat iehor. Konsegwentement l-appell ta' l-Attorney General,bhala bazat fuq enuncjazzjoni hazina ta' l-ipotesi tal-ligi, ma hux ammissibbli. Jekk dak li gara,li sostanzjalment jammonta ghal ommissjoni ta' decizjoni fuq reat dedott, igibx nullita' "pro tanto", u jekk din hijiex nullita' li taghti lok ghall-appell mill-Attorney General, jew inkella jekk l-irregolarita' hijiex tali li jista' jigi ezercitat xi rimedju iehor rettifikatorju, dawn huma kwistjonijiet li ma jidhlux fil-meritu ta' l-appell maghmul f'kaz simili mill-Attorney General.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni