Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section , Page 812

Judgement Details


Date
06/03/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs FRANK BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"THIRD PARTY RISKS" - ART. 14 TAL-KAP. 105, 3(1) TAL-KAP. 165 U 389 TAL-KODICI KRIMINALI - ASSIKURAZZJONI - CITAZZJONI - IMPJEGAT - LICENZA - SOSPENSJONI - TRAFFIKU - TRATTAZZJONI TAL-KAWZA
Summary
Il-licenza tal-Pulizija biex wiehed isuq karrozza tal-mutur hija relativa ghal xorta partikulari ta'vettura; u konsegwentement min isuq karrozza minghajr ma ghandu licenza partikulari ghal dik ix-xorta ta' karrozza, ikun qiesu saq minghajr licenza. Il-gudizzji sommarji c-citazzjoni ma hix hlief ordni ta' komparizzjoni, u l-enuncjazzjoni tal-fatti kontenuti fiha ma hix il-bazi essenzjali u assoluta ta' l-inkriminazzjoni; u l-Qorti tista' tikkonvinci lill-imputat ta' reat divers minn dak li jidderiva minn dik l-enuncjazzjoni, u li jirrizulta mill-provi li jkunu saru; basta jinghata lill-imputat, jekk jitlob hekk, terminu ragjonevoli biex jiddefendi ruhu kontra l-imputazzjoni l-gdida. Dan jibqa' veru anki meta t-trattazzjoni tal-kawza tkun ga giet maghluqa. Proprjament hu aktar korrett uezatt li fil-kaz ta' sid ta' garage, li jordna lill-impjegat tieghu johrog b'kirja, l-imputazzjoni li sar uzu mill-karrozza bla licenza tigi bazata fuq il-fatt li huwa "gieghel", u mhux "ippermetta",lil dak l-impjegat jaghmel dak l-uzu tal-karrozza. Pero', f'kaz simili l-akkuza bazata fuq li "gieghel" hija sostenibbli xorta wahda; ghax sid il-garage jigi li ppermetta l-uzu tal-karrozza, u ma evitax li jsir dak l-uzu minnha. Dana pero' ma jfisserx li fil-prattika ma jistax ikun hemm kazijiet fejn id-distinzjoni bejn "cause" u "permit" ghandha tkun aktar rigoruza; b'mod li huwa konsiljabbli li l-imputazzjoni tigi adattata ghall-fattezzi tal-kaz, u li dawn iz-zewg termini - "cause" u "permit" - ma jigux uzati promiskwament. Fil-kaz prezenti, il-Qorti sabet ragunijiet bizzejjed li kienu jikostitwixxu "special reasons" biex jigi ridott il-perijodu tas-sospensjoni tal-licenza inflitta lill-imputat mill-Ewwel Qorti.'




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info