Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 646

Dettalji tas-Sentenza


Data
21/04/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
JOSEPH ROSSIGNAUD NE. vs EMMANUELE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ABBANDUN - ALIMENTI - ART. 26 NATIONAL ASSISTANCE ACT, 1956 - ART. 6 TAL-KODICI CIVILI - GHAJNUNA SOCJALI - MARA
Fil-Qosor
Il-mara titlef id-dritt taghha ghall-alimenti kntra ragel jekk hija, wara li tkun telqet mid-dar ta'zewgha ma tkunx trid, bla ma jkollha ghaliex, tmur lura fid-dar tiehu. Ir-ragel mhux obligat hliefli jirrikjama lill-martu f'daru; imma, jekk hi ma tirritornax, huwa mhux tenut jipprocedi kontra taghha. Ghax ir-ragel ma jistghax jobliga lill-martu terga tmur mieghu; u ghalhekk hu mehlus mill-obligu li jmantniha sakemm hija ma tippruvax li kienet gustifikata titilqu. Jekk id-Dipartiment tal-Ghajnuna Socjali jissoministra lill-mara u lill-uliedha l-manteniment bhala ghajnuna socjali fil-perijodu meta hija tkun telqet mid-dar ta' zewgha, dak id-Dipartiment ma jistghax jirripeti minn ghand ir-ragel il-flus li jkun hallas lill-mara ghall-alimenti taghha u ta' wliedha, jekk ma jigix pruvat li l-mara kellha raguni tajba biex titlaq mid-dar konjugali. F'kawza li jaghmel id-Direttur ta' dakid-Dipartiment kontra r-ragel ghar-rifuzjoni ta' flus moghtija lill-Mara ghall-manteniment tkun ghalhekk mehtiega l-indagini jekk kienx hemm din ir-raguni tajba; u ghal dan il-fini jehtieg li l-mara tkun parti fil-kawza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni