Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 606

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/04/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
ANDREA CAMILLERI vs GIUSEPPE GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-KERA - DIKJARAZZJONI - GURAMENT FALZ - INTERESS - RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
Hi gurisprudenza kostanti illi rekwizit imprexindibbli ta' kull azzjoni hu l-interess f'min jipproponiha; liema nteress ghandu jkun mhux ipotetiku, imma konkret u sussistenti di fronti ghal dak li jigi maghzul mill-attur bhala kontradittur legittimu. U fil-prattika gudizzjarja taghna mhumiex projbiti domandi diretti ghall-otteniment ta' dikjarazzjonijiet pre-ordinati ghal domanda ohra definittivau finali, avvolja din id-domanda ma tkunx dedotta in gudizzju. Pero' hemm bzonn li l-Qorti tkun soddisfatta li hemm dak l-interess, anki pre-ordinat ghal kawza ohra, u li dik id-dikjarazzjoni hekk ottenuta tkun tifforma l-bazi ta' kawza ohra li tista' ssir fil-futur. Ghaldaqstant, billi domanda ghar-ritrattazzjoni ta' kawza deciza mill-Bord tal-Kera ghandha tigi akkordata minn dak il-Bord, u fil-kaz biss li dak il-Bord ikun soddisfatt mill-motiv li jigi addott ghar-ritrattazzjoni, huwa inutili li wiehed jitlob u jottjeni mit-tribunal ordinarju dikjarazzjoni li depozizzjoni moghtija quddiemil-Bord tal-Kera, u li fuqha hija bazata s-sentenza ta' dak il-Bord, hija falza; ghax dikjarazzjonisimili, intiza biex fuqha dak li jkun jitlob ir-ritrazzjoni ta' kawza quddiem dak il-Bord, ma tiswielu xejn u ma hija ta' ebda rizultament utili ghalieh, billi ghall-finijiet minnu voluti, cjoe' r-ritrattazzjoni tal-kawza, din il-kwistjoni trid tigi delibata u deciza mill-Bord tal-Kera.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni