Referenza: Volum 82 (1998), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 225

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/09/1998
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., SAID PULLICINO JOSEPH
Partijiet
ANSELL FARRUGIA MIGNECO vs KUMMISSARJU ELETTORALI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ELEZZJONIJIET GENERALI - KANDIDAT - MDENDEL - PROCEDURA - RIKORS - TERMINU - TRAFERIMENT - VOTI
Fil-Qosor
L-attur kien kandidat fl-elezzjonjiet generali tal-pajjiz. Fil-kors ta` l-ghadd tal-voti hu ppretenda li l-Kummissjoni kienet interpretat ir-regolamenti skorrettement billi huwa kellu jigi eliminatmill-ghadd tal-voti u l-voti tieghu jigu trasferiti lill-kandidat li kien ser jigi elett fuq dak l-ghadd u mhux jithalla mdendel. Il-konvenut eccepixxa li l-Qorti kienet tiddifetta minn grurisdizzjoni billi l-attur ma kienx segwa l-procedura stabbilita fir-regolamenti elettorali u fil-meritu li l-interpretazzjoni ghal-liema waslet il-Kummissjoni kienet korretta. Il-Prim 'Awla tal-Qorti Civili cahdet l-ecezzjoni dwar nuqqas ta` gurisdizzjoni tal-konvenut u cahdet it-talbiet ta` l-attur fil-meritu. Il-Qorti Kostituzzjonali ddecidiet billi rrevokat u minflok laqghet l-eccezzjoni tal-konvenut dwar nuqqas ta` gurisdizzjoni tal-Qorti. Jekk l-attur kellu xi kwistjoni dwar trasferiment tal-voti,kif evidentement kellu, u senjament dwar l-operat tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, kien obbligat isegwi l-proceudra stipulata fl-istess regolament u cjoe`: (1) Li jmur kontra d-decizjoni tal-Kummissjoni u dwar l-operat taghha bil-miktub; (2) Li dan il-protest bil-miktub isir qabel ma jinghatar-rizultat finali tal-voti; u (3) F'dan il-kaz, u cjoe` wara li jkun sar protest bil-miktub qabelil-hrug tar-rizultat finali, id-decizjoni tal-Kummissjoni tista` titregga` lura wara rikors appozituli jsir lill-Qorti biex tithassar l-elezzjoni. La darba l-attur ma segwiex din il-procedura l-Qorti ma setghetx tidhol fil-kwistjonijiet minnu ssollevati. Tali procedura hija wahda ta` ordni pubbliku u intiza biex tintlahaq certezza fil-process.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni