Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 708

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/06/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
MARIA MIFSUD vs VINCENZO MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCESSI - INGURJI GRAVI - MAHFRA - MINACCI - SEPARAZZJONI PERSONALI - SERVIZJI
Fil-Qosor
Certi fatti, kliem u modi ta' azzjoni jew atteggjament li jistghu jirrendu l-hajja komuni nsopportabbli, huma ritenuti mid-dottrina bhala sevizji. Ix-xehha, il-gelozija, il-lussurja, il-privazzjoni tal-mara mill-liberta' onesta, il-kommunikazzjoni ta' certu mara provenjenti mill-izogolatezza, li r-ragel ma jhallix lill-martu tohrog lanqas biex tmur ghand uliedha jaghmlilha l-ghassa meta hija qattma taghtu motiv ta' suspett ragjonevoli fuq il-kondotta taghha, huma kollha materji li jidhlu tahtil-kawzali tas-servizji. Is-swat, mbghad, u l-"vie di fatto" fuq il-mara. li ma humiex tolerabbli fl-ebda grad jew stat socjali, certament li r-ragel jghid lill-mara li hija ghandha wicc hadd iehor li, galkemm mhux imsemmi specifikament, huwa facilment identifikabbli, hija ngurja gravi li twegga' l-qalb u tirrendi l-konvivenza konjugali difficli. Il-minacci jistghu jkunu verbali jew reali u materjali. Jekk dawn verbali jkunu l-effett tal-impetu u mhux rafforzati mill-intenzjoni li jkunu sussegwiti mill-azzjoni, fil-kaz ta' nies ta' certu cetu socjali ma jawtorizzawx lill-Qorti taccettahom bhala raguni u motiv ta' firda personali; imma jekk ikunu tali li jirrivestu azzjoni, u min jaghmilhom jidher li hu kapaci jikkunsmalhom, allura ndubbjament jiffurmaw motiv ta' separazzjoni. Jekk il-mara tkun hafret lill-zewgha s-swat li hu kien uza kontra taghha, hija tista' tirrinvanga dak l-istess swat jekk l-istess jigi ripetut u hija tippromwovi kawza ta' separazzjoni personali kontra tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni