Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 649

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/04/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
SALVINO MANDUCA ET. vs FRANCESCO MIFSUD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI - DEVOLUZZJONI TAL-FOND ENFITEWTIKU - ENFITEWSI - INDIVIZIBBILITA' - NULLITA'
Fil-Qosor
Meta hemm aktar minn direttarju wiehed, jew meta hemm aktar minn werrej wiehed tad-direttarju, kullwiehed mid-direttarji, jew kull wiehed mill-werrieta tad-direttarju, ghandu d-dritt jesperixxi l-azzjoni ghad-devoluzzjoni tal-fond enfitewtiku minhabba li l-enfitewta jkun naqas mill-osservanza ta' xi wahda mill-obligazzjonijiet minnu assunti versu l-padrun dirett, bhal ma hu l-kaz meta huwa jkun naqas mill-obligu assunt li jibni fuq il-fond enfitewtiku benefikati edilizji ta' certa entita' f'certu zmien. Dan il-principju hu applikabbli mhux biss fil-kaz ta' nuqqas fil-hlas tac-cens, imma wkoll meta l-enfitewta jonqos mill-ezekuzzjoni ta' xi patt iehor tal-koncessjoni enfitewtika. Ghaldaqstant, jekk ic-citazzjoni ghad-devoluzzjoni tal-fond enfitewtiku minhabba dan in-nuqqas issir minn uhud mid-direttarji jew mill-eredi tad-direttarju, u mhux minn kollha, ic-citazzjoni mhix irritwali; ghax din l-azzjoni hija ndivizibbli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni