Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 667

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1957
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, CAMILLERI LUIGI A.
Partijiet
NOBBLI GIOACCHINO ATTARD MONTALTO vs EMMANUELE SCHEMBRI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT - APPROVAZZJONI TAX-XOGHOL - ART. 1732 TAL-KODICI CIVILI - PERIT
Fil-Qosor
Jekk bini jew xoghol iehor kbir tal-gebel mibni b'appalt fi zmien hmistax il-sena minn dak inhar litkun tlestiet il-kostruzzjonijew bicca minnu, jew juri li hemm perikolu car li sejjer jiggarraf minhabba difetti fil-kostruzzjoni, l-arkitett u l-appaltatur ghandhom iwiegbu ghal dan. L-appaltatur mahux mehlus mir-responsabilita' stabbilita minn din id-dispozizzjoni tal-ligi, u l-istess responsabilita' tibqa' tissussistiavvolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol. Il-verifika u l-eventwali approvazzjoni tax-xoghol issir ghall-finijiet tal-hlas tal-opportunitajiet u b'daqshekk dan ma jigix ezonerat milli, fl-interess publiku, jibqa' responsabbli ghaz-zmien stabbilit mill-ligi ghal dawk id-difetti mhux immedjatament apparenti, u li, non ostanti kontroll diligenti, ma jistghux jigu skopertifil-mument tal-verifika u tal-approvazzjoni. Din ir-responsabilita' hi ghal difetti ta' kostruzzjoni minbarra difett tal-art; u difett tal-kostruzzjoni jista' jkun mhux biss xoghol hazin, imma ankixoghol ezegwit b'materjal hazin; u billi l-perit ikun ezamina l-materjal u deherlu li kien tajjeb, b'daqshekk ir-responsabilita' ghal difett ta' kostruzzjoni tibqa' mpernjata fuq l-istess bazi duplici- xorta ta' xoghol u xorta ta' materjal. Ghaldaqstant, il-kommittent, li jidhirlu li x-xoghol sarhazin, ghandu dritt jitlob li jigi verifikat, per mezz ta' perizja teknika, jekk il-hsara li timmanifesta ruhha fil-bini hijiex dovuta ghal difett ta' kotruzzjni xoghol u materjal; u dan avvolja l-perit kien approva x-xoghol tal-appaltatur, u avvolja l-perit kien ezamina l-materjal u deherlu li kientajjeb.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni