Referenza: Volum 41C (1957), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 407

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/06/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GIOVANNI GAUCI ET. vs ANTONIA MERCIECA NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 9 U 10 TAL-KAP. 109 - BOARD TAL-KERA - EMIGRAZZJONI - LOKAZZJONI - MARA - UZU DIVERS
Fil-Qosor
Hu veru li min jemigra jmur fil-pajjiz il-gdid biex jibqa' hemm permanentement jew ghal zmien twil,u mhux prezumibbli li hu jzomm post f'dawn il-Gzejjer biex joqghod fih jekk u meta jerga' lura; immameta r-ragel li jsiefer ihalli l-martu warajh fid-dar konjugali mikrija lilu, hu jibqa' inkwilin ta' dak il-fond, u martu tkun qeghdha takkupa dak il-fond mhux bhala sub-inkwillina, jew cessjonarja ta' zewgha, jew bhala intruza, imma in forza tad-drittijiet taghha ta' mara mizzewga, intitolata ghall-abitazzjoni fil-fond provvdut lilha bhala dar konjugali minn zewgha u mikri lilu. Jekk mbghad dikil-mara tmut waqt li zewgha jkun hekk imsiefer, u l-post jibqa' okkupat biss bl-ghamara ta' dawl il-konjugi, il-lokazzjoni ma tistax tigi xjolta mil-lokatur, billi dan jitlob li jiehu lura l-fond taht idejh fuq il-motiv li l-fond mhux qieghed jigi wzat mill-inkwilin. Ghax il-ligi tikkontempla tassativament il-kazi li fihom il-Board il-Kera ghandu jaghti lis-sid il-permess li jiehu lura taht idejh il-fond tieghu mikri lil haddiehor. Dawn il-kazi huma dak fejn l-inkwilin, fil-kors tal-lokazzjoni precedenti, ma kienx puntwali fil-hlas tal-kera, jew inkellu jkun ikkaguna danni konsiderevoli fil-fond, jew ikun naqas mill-kondizzjonijiet tal-lokazzjoni, jew ikun ghamel mill-fond uzu divers minndak li ghalih gie mikri, jew ikun issulloka jew wella l-fond minghajr il-kunsens tal-lokatur; u fl-ahharnett il-ligi tenumera l-kaz meta l-lokatur ikun irid il-fond, basta ma jkunx hanut, biex jigi minnu akkupat, jew ghall-okkupazzjoni ta' axxendenti jew dixxendenti, konsangwinei jew affini, jew ghal xi hadd minn hutu; u kawzali bhal din ma tidholx zgur taht ebda wiehed minn dawk il-kazi tassattivament kontemplati mil-ligi. Apparti dan, fil-kaz kif hawn fuq prospettat, anqas jista' jinghad li,billi l-fond mindu mietet il-mara tal-emigrat ma kienz qieghed jigi abitat, kien qieghed isir minnuuzu divers minn dak li ghalih gie mikri, meta mic-cirkustanzi tal-haz jidher li ma jkunx ghadda zmien bizzejjed biex jigi ndott li l-fond ma baqax jigi wzat skond id-destinazzjoni tieghu; specjalmentmeta fil-mori tal-kawza dak l-inkwilin emigrat ikun rega' lura f'dawn il-Gzejjer u jkun mar jabitafil-fond "de quo".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni